Jintemm l-ewwel round bl-Athleta fuq quddiem

Tuesday, December 21, 2010, 10:24

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

A to Z Electronics Athleta 91
Depiro Mtarfa 49
(21-21)(23-6)(31-10)(16-12)

A to Z Electronics Athleta temmew l-impenji tagħhom fl-ewwel round tal-kampjonat b’rebħa kontra Depiro Mtarfa. Għall-Athleta din kienet l-għaxar rebħa konsekuttiva fejn għadhom l-unika team bl telfa dan l-istaġun. Iż-żewġ timijiet kienu mingħajr il-player barrani tagħhom. Depiro bdew tajjeb u wara li sofrew basket ta’ Michael Naudi, wieġbu b’run ta’ 9-0 fosthom trippli ta’ Andrew Aquilina u Roderick Vella u f’nofs is-sessjoni kienu 11-6 minn fuq. Depiro baqgħu fuq quddiem sat-tmien minuta b’iktar trippli minn Bugeja u Vella 21-12. Wara timeout magħjjat minn Joe Galea, Athleta għamlu run ta’ 9-0 biex sa tmiem is-sessjoni ippareġjaw il-logħba 21-21. Athleta baqgħu għaddejin fil-ftuħ tat-tieni perjodu u sa nofshu fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 29-21. Punti ta’ Vella taw ftit tan-nifs lil Depiro li naqqsu d-distakk għal 4 punti 29-25. Athleta wieġbu b’żewġ three pointers ta’ Omar Said f’run ta’ 11-0 u kabbru l-vantaġġ għal 15-il punt 40-25. Sal-halftime kien hemm punti fuq kull naħa biex Athleta daħlu jistrieħu 17 minn fuq 44-27.

It-tielet sessjoni fetħet b’run oħra minn Athleta fosthom trippla ta’ Kristin Baldacchino biex marru 52-27 minn fuq. Depiro wieġbu bil-baskets ta’ David Bugeja u Jeffrey Gatt pero’ Athleta għamlu iktar three pointers permezz ta’ Said u Steve Schembri u kellhom vantaġġ ta’ 25 punt 60-35. Athleta temmew is-sessjoni b’run oħra ta’ 15-2 għal skor ta’ 75-37. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata u trippla ta’ Etienne Bezzina ġiet imwieġba minn oħra ta’ Vella. Baskets ta’ Schembri u Naudi komplew ikabbru l-vantaġġ tal-Athleta 85-42 f’nofs is-sessjoni. Il-coach Joe Galea daħħal jilgħabu l-players żagħżagħ ta’ fuq il-bank u kien Chris Galea li għalqilhom il-partita fuq skor ta’ 91-49.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 19, J. Zammit 2, D. Schembri 7, E. Bezzina 7, M. Giusti, C. Galea 2, O. Said 16, A. Bonnici 18, K. Baldacchino 9, S. Schembri 11
Depiro Mtarfa: R. Vella 21, J.P. Schembri 2, D. Bugeja 11, A. Aquilina 3, J. Gatt 4, J. Camilleri, E. Lupo, M. Mallia 4, I. Tanti 4, G. Mercieca.
Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

Tata Motors Loyola 61
Siġġiewi Derby 69
(11-17)(9-12)(17-21)(24-19)

Ic-champions Siġġiewi Derby telgħu fit-tieni post tal-klassifika meta kisbu rebħa sofferta fuq Tata Motors Loyola 69-61. Siġġiewi għal darb’oħra kienu b’formazzjoni t’emerġenza fejn mal-lista ta’ l-imweġġgħin żdied ukoll John Doughty. Loyola kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-inklużjoni ta’ Gianluca Cuschieri. Loyola fetħu bi trippla ta’ David Camilleri u basket ta’ Jovan Mihailovic u fis-sitt minuta fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 9-5. Hawn Siġġiewi ġew f’tagħhom u għamlu run ta’ 12-0 inklużi trippli ta’ Adrian Micallef u Marco Matijevic. u temmew l-ewwel sessjoni sitta minn fuq 17-11.

It-tieni sessjoni fetħet b’basket ta’ Peter Shoults għal Siġġiewi pero’ Loyola għamlu run ta’ 5-0 biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 16-19. Trippli minn Micallef u Alan Borg ħallew lil Siġġiewi fuq quddiem 25-18. Wara basket mill-ex Alex Tabone għall-Loyola, Siġġiewi għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Matijevic biex fil-mistrieħ huma kienu 9 minn fuq 29-20.

Fit-tielet sessjoni, Loyola reġgħu naqqsu d-distakk għal 5 punti 26-31. Trippla ta’ Shoults ġiet imwieġba minn oħra ta’ Billy Zammit. Punti konsekuttivi minn Matijevic raw lil Siġġiewi jiftħu vantaġġ ta’ 13-il punt 42-39. Ic-champions żammew dan il-vantaġġ sa tmiem is-sessjoni fuq skor ta’ 50-37.

FL-ewwel żewġ minuti tal-aħħar sessjoni Loyola għamlu żewġ baskets u naqqsu d-distakk għal 9 punti 50-41. Hawn Siġġiewi għamlu run ta’ 9-2 u reġgħu marru 16 minn fuq 59-43. Ir-reazzjoni ta’ Loyola ġiet bi break ta’ 10-4 magħluq bi trippla oħra ta’ Zammit għal skor ta’ 53-63. Siġġiewi tilfu xi players bil-fouls pero’ fl-aħħar żewġ minuti kkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Loyola biex rebħu l-partita 69-61.

Tata Motors Loyola: S. Pace 9, B. Zammit 9, D. Camilleri 12, S. Borg, G. Cuschieri, M. Cilia, S. Vella, A. Axiaq 2, J. Mihailovic 14, J. Anastasi 3, J. Ransley 2, A. Tabone 10.
Siġġiewi Derby: P. Shoults 16, E. Xuereb, A. Borg 7, A. Micallef 25, K. Borg, J. Jetson 2, M. Matijevic 19.

Referees: Jean Paul Sammut, Clive Terribile, Emanuel Mangani

Klassifika Kampjonat Irgiel
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 4 4 0 8
Siggiewi Derby 4 3 1 7
Bupa Luxol 4 2 2 6
Depiro Mtarfa 4 1 4 5
Tata Motors Loyola 4 0 4 4




Leave a comment