Jintemm l-ewwel round bi Starlites fuq quddiem

Thursday, December 24, 2015, 20:00

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa Mr. Green 60

Gżira Athleta 68

(16-17)(18-17)(15-13)(11-21)

Gżira Athleta kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa Mr. Green biex tawhom it-tieni telfa u laħquhom fil-klassifika. Iż-żewġ timijiet kellhom players neqsin fejn Mellieħa kienu mingħajr u Ben Aquilina u Athleta kienu mingħajr Joel Symmons, Francesco Mifsud Bonnici u Mike Giusti fost l-oħrajn. Kienu Athleta li bdew l-aħjar meta għamlu 8 punti konsekuttivi minn Martin Berisha u Luca Stefanovic. Wara time-out Mellieħa bdew jirrispondu u kellhom il-punti minn Robert Loporto però Athleta kellhom trippla minn Stefanovic u l-punti ta’ Joshua Aquilina. Mellieħa għalqu t-taqsima bi 8 punti konsekuttivi però Athleta baqgħu punt minn fuq 17-16. Fit-tieni perjodu Emanuel Lupo poġġa lil Mellieħa minn fuq però Athleta wieġbu bil-punti ta’ Berisha u Daniel Buhagiar. Steve Sammut għamel trippla għal Mellieħa iżda Athleta komplew bil-punti ta’ Miguel Gauchi Montaldo. Hawn Mellieħa rkupraw għax għamlu run ta’ 11-3 b’punti minn Lupo, Matthew Cauchi u Clint Grixti fost l-oħrajn u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs sal-halftime 34-34.

Wara l-inervall Athleta reġgħu ħadu vantaġġ ta’ punt iżda Mellieħa kellhom run qasira ta’ 6-0 u fetħu distakk ta’ 5 punti. Athleta ma ċedewx u wieġbu bil-punti ta’ Berisha u trippla ta’ Stefanovic biex marru minn fuq. Ir-risposta ta’ Mellieħa waslet minn baskets ta’ Ian Terribile u huma bdew l-aħħar taqsima basket minn fuq 49-47. Mellieħa żiedu l-vantaġġ għal 5 punti 56-51 però haw Athleta kellhom run oħra ta’ 9-2 biex marru minn fuq. Mellieħa kellhom l-aħħar risposta minn Lupo għaliex imbagħad kienu Athleta biss li għamlu l-punti biex rebħu l-partita 68-60.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 7, M. Farrugia 3, S. Sammut 9, I. Terribile 6, R. Loporto 10, N. Muscat, E. Lupo 14, M. Cauchi 9, B. Soler 2, P. Magro.

Gżira Athleta: R. Krastev, L. Stefanovic 15,  M. Gauchi Montaldo 9, D. Buhagiar 4, J. Aquilina 4, M. Krastev 6, S. Vincic 4, M. Berisha 26.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

St. Nicholas Suns 57

Starlites 62

(18-12)(12-12)(8-18)(19-20)

Starlites baqgħu mingħajr telfa f’dan l-istaġun u għalkemm kellhom jitħabtu huma ħadu r-raba’ rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil St. Nicholas Suns f’rebħa li mmaturat lejn it-tmiem. Suns kienu mingħajr tlett pedini mportanti meta kienu nieqsa Hubert Agius, JP Antoncic u Simon Cauchi fil-waqt li Jacob Formosa għadu nieqes għal Starlites. Suns bdew tajjeb bil-punti ta’ Roberto Alosco u Keith Scicluna u ħadu l-ewwel vantaġġ 9-4. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn punti konsekuttivi ta’ Miguel Falzon iżda kienu Suns li temmew is-sessjoni minn fuq wara punti minn Louis Camilleri u three pointer ta’ Robert Camilleri 18-12. Fit-tieni taqsima Starlites irkupraw hekk kif kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Ivan Mitrovic li kellhu wkoll żewġ three pointers biex marru basket minn fuq 24-22. Suns għalqu t-taqsima bi tmien punti konsekuttivi ta’ Alosco fosthom trippla biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 30-24.

Wara l-intervall, Starlites reġgħu ħadu l-vantaġġ wara punti minn Alec Felice Pace li kellhu seba’ punti bi three pointer. Reno Camilleri u Alosco mill-ġdid taw vantaġġ lil Suns u ż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin bi Starlites jieħdu vantaġġ bil-punti ta’ Thomas Grech 42-38. L-aħħar sessjoni kienet missielta u three pointer fuq kull naħa ħalla lil Starlites minn fuq 49-46. Suns komplew bil-punti ta’ Louis Camilleri u trippla ta’ Michael Barberi biex marru basket minn fuq 55-53. Starlites kellhom l-aħħar run deċisiva ta’ 9-2 b’diversi punti ta’ Mitrovic biex rebħu l-partita 62-57.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg, K. Scicluna 14, L. Camilleri 14, M. Barberi 8, R. Alosco 14, R. Camilleri 6, R. Camilleri 1.

Starlites: A. Schembri, C. Doublet, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri, M. Falzon 11, A. Felice Pace 9, I. Mitrovic 21, O. Psaila, A. Cutajar, T. Grech 21.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

4

4

0

8

288

241

Athleta

4

2

2

6

234

250

Mellieħa Mr. Green

4

2

2

6

290

257

St. Nicholas Suns

4

1

3

5

232

241

Phoenix Frank Salt

4

1

3

5

246

301





Leave a comment