Jintemm l-ewwel rawnd

Tuesday, January 10, 2012, 11:46

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Bell Net SN Suns 61

Mellieħa Tritones 52

(10-18)(13-13)(20-13)(18-8)

Bell Net SN Suns irritornaw għar-rebħ pero’ kellhom jistennew sal-aħħar sessjoni biex finalment għelbu l-isfida ta’ Mellieħa 61-52. Hubert Agius għadu ma rkuprax għal Suns l-istess bħal Joshua Aquilina li għadu nieqes għal Mellieħa. Suns fetħu l-partita bi trippla minn Michael Barberi f’run ta’ 7-0 pero’ Mellieħa bdew iwieġbu u sat-tmien minuta ħadu vantaġġ 10-9. Wara li Barberi ppareġja għal Suns, kienu Mellieħa li għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-0 b’żewġ trippli minn Matthew Cauchi. L-istess player flimkien ma’ Oliver Sammut ħallew lil Mellieħa fuq quddiem 25-16. Robert Mercieca u Igor Marjanovic wieġbu għal Suns għalkemm fl-intervall Mellieħa kienu għadhom 8 minn fuq 31-23.

Wara l-mistrieħ Suns fetħu tajjeb bi trippla ta’ Trevor Grech qabel ma Graham Coleiro għamel żewġ baskets għal Mellieħa. Suns għamlu run ta’ 13-2 b’diversi punti minn Marjanovic u Grech pero’ trippla ta’ Sammut u basket ta’ Coleiro eżatt mal-horn finali raw lil Mellieħa jtemmu l-perjodu 44-43 minn fuq. Marjanovic reġa’ fetaħ tajjeb fl-aħħar sessjoni biex Suns reġgħu ħadu l-vantaġġ 49-46. Mellieħa waslu sa żewġ punti l-bogħod 52-54 wara basket minn Micheal Camilleri pero’ l-aħħar punti tal-logħba ġew kollha minn Suns biex rebħu l-partita 61-52.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna, R. Camilleri 2, D. Agius, M. Barberi 7, T. Grech 7, R. Mercieca 6, R. Camilleri 3, S. Cauchi 3, I. Marjanovic 33.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 18, J. Muscat 2, A. Mehmedov 2, R. Abela,  O. Sammut 10, M. Camilleri 2, J. Sant, G. Coleiro 16, P. Cauchi 2.

Referees: Luke Camilleri, Emmanuel Mangani.

Starlites 73

Miscela D’Oro Mtarfa 38

(27-9)(26-9)(10-12)(10-8)

Bidu tajjeb minn Starlites fl-ewwel żewġ sessjonijiet kien biżejjed għalijhom biex jiksbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kampjonat. Huma għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 73-38 b’dawn tal-aħħar ikunu mingħajr Keith Mifsud. Starlites bdew tajjeb b’run ta’ 10-2 b’Sean Baldacchino jwieġeb għal Mtarfa bi trippla. Starlites komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Robert Loporto u Robert Bonnici 19-7. Hawn waslu wkoll żewġ trippli minn Saviour Bonnici biex Starlites temmew il-perjodu 27-9 minn fuq. Il-bidu tat-tieni sessjoni kien kollhu f’idejn Starlites b’run qawwija ta’ 17-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 33 punt 44-11. Mtarfa wieġbu bil-punti ta’ Florin Agius sakemm Loporto bi trippla u Bonnici għalqu s-sessjoni għal Starlites 53-18.

Wara l-intervall il-punti naqsu bl-Imtarfa jnaqqsu d-distakk bil-punti ta’ Joe Vella. Madankollhu Starlites kienu għadhom 33 minn fuq fi tmiem is-sessjoni 63-30. L-aħħar perjodu kien l-iktar wieħed bilanċjat fejn wara li Starlites bdew bi break ta’ 6-2, reġa’ kien Agius li għalaq il-partita b’żewġ baskets għal Mtarfa bi Starlites jerbħu l-partita 73-58.

Starlites: R. Loporto 21, R. Bonnici 21, C.Doublet 2, S. Bonnici 14, A. Cutajar, D. Sultana, C. Borg 2, A. Schembri, D. Deguara 1, A. Cutajar 1, F. Bartolo 10.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 9, J. Attard, C. Calleja, D. Schembri 7, J. Vella 6, F. Agius 10, A. Psaila, D. Cini 4.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

Atheleta 62

Floriana YTC Travel 48

(13-9)(18-10)(13-9)(18-20)

B’din il-partita ġie fi tmiemhu l-ewwel round tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni u Athleta ħarġu rebbieħa kontra Floriana YTC Travel 62-48. Athleta kienu mingħajr Martin Krastev u Clint Graham fil-waqt li Lauren Pavia kien nieqes għal Floriana. Floriana fetħu l-partita bi trippla ta’ Rihards Polis. Athleta wieġbu b’seba’ punti fosthom trippla ta’ Andre Azzopardi. Id-dħul ta’ Omar Shamala saħħaħ l-attakk Furjaniż li sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk 9-13. Athleta bdew it-tieni sessjoni bi break ieħor ta’ 6-0 qabel ma Polis għamel it-tieni trippla tiegħu. Sa tmiem il-perjodu ż-żewġ timijiet baqgħu jirrispondu lil xulxin biex Athleta daħlu jistrieħu 31-19 minn fuq.

Fit-tielet perjodu l-logħob baqa’ bilanċjat u wara li Athleta fetħu b’żewġ baskets, Shamala wieġeb għal Floriana. David Garcia għamel trippla għal Floriana pero’ Andre Azzopardi għamel oħra għall-Athleta li b’hekk żiedu l-vantaġġ fi tmiem il-perjodu 44-28. L-aħħar sessjoni  kienet iktar missielta hekk kif Floriana għamlu run ta’ 9-0 mibdija minn trippla oħra ta’ Polis u naqqsu d-distakk għal 9 punti 39-48. Pero’ Athleta ġew f’tagħhom bil-punti konsekuttivi ta’ John Circhop li rawhom jerġgħu jinqatgħu mill-avversarji u joħorġu rebbieħa 62-48.

Athleta: H. Soufain 4, J. Chircop 23, M. Gauci Montalto, M. Zammit, M. Tong 1, Z. Borg 20, D. Cassar 4,  A. Azzopardi 12.

Floriana YTC Travel: M. Sapiano 2, D. Garcia 15, R. Manicaro, O. Shamala 11, M. Gauchi, R. Polis 15, R. Bezzina 2, S. Galea 2.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Siggiewi

7

7

0

14

BellNet SN Suns

7

6

1

13

Starlites

7

5

2

12

Floriana YTC Travel

7

3

4

10

Mellieha Tritones

7

3

4

10

Qormi

7

2

5

9

Athleta

7

2

5

9

Mtarfa Miscela D’oro

7

0

7

7

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Jintemm l-ewwel round ….minn Colin Schembri

Leave a comment