Jintemm it-tieni round

Thursday, April 21, 2011, 9:28

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Mtarfa Miscela D’oro 39

Vida Siġġiewi 68

(8-11)(6-15)(16-23)(9-19)

Mellieħa vs Floriana

Mellieħa vs Floriana

Vida Siġġiewi għelbu lil Mtarfa Miscela D’oro għar-raba’ darba dan l-istaġun 68-39. Il-coach tagħhom Karl Borg ta ħafna ħin lil players żgħażagħ li kellhom prestazzjoni posittiva. Siġġiewi għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita bl-Imtarfa jwieġbu bil-ħamsa ta’ wara. Siġġiewi reġgħu għamlu 5 punti oħra qabel ma’ Mtarfa reġgħu naqqsu d-distakk bi freethrows minn Graham Coleiro għal skor ta’ 8-11. It-tieni perjodu fetaħ bi break ta’ 7-0 minn Siġġiewi bi trippla ta’ Noel Falzon biex sa nofs is-sessjoni Mtarfa naqqsu d-distakk b’żewġ baskets ta’ David Agius. Sal-mistrieħ Siġġiewi għamlu break ta’ 8-2 bi trippli ta’ Alistair Duncan u oħra minn Falzon biex daħlu jistrieħu 12 minn fuq 26-14.

It-tielet perjodu kien iktar maqsum fejn Siġġiewi bdew b’run ta’ 9-2 li għalquha bi trippla ta’ Clayton Agius. Mtarfa wieġbu b’erba’ punti qabel ma’ Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 9-0 li bdewha bi trippla oħra t’Agius. Mtarfa wieġbu bi break ta’ 10-2 bis- Siġġiewi jagħlqu s-sessjoni bit-tielet trippla t’Agius għal skor ta’ 49-30. L-aħħar sessjoni bdiet b’żewġ freethrows ta’ Gabriel Agius bi Mtarfa jwieġbu b’7 punti mingħajr risposta. Siġġiewi mbagħad għamlu break qawwi ta’ 17-2 biex serrħu rashom mir-riżultat u rebħu l-partita 68-39.

 

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 5, J. Vassallo, J. Attard 2, D. Schembri, D. Angelov, K. Mifsud 9, D. Cini 2, G. Coleiro 6, D. Agius 15.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 4, JP. Antonic 4, C. Agius 16, A. Duncan 14, L. Grech, A. Borg, N. Falzon 12, A. Debattista 2, E. Vella, K. Farrugia 4, G. Agius 6, G. Gauchi Grech 4.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro

Starlites Ker Grill 39

Athleta 36

(6-10)(12-7)(15-10)(6-9)

It-tamiet ta’ l-Athleta li jibqgħu jisfidaw lil leaders Floriana ħadu daqqa l-isfel meta f’konfront kontra Starlites Ker Grill dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa 39-36. Starlites kienu mingħajr Ivan Riolo u Athleta kellhom nieqes lil Roberto Formosa. Il-partita li kienet ta’ skor baxx fetħet bi Starlites jieħdu l-ewwel vantaġġ 4-2. Athleta wieġbu bi break ta’ 8-0 biex temmew is-sessjoni 10-6 minn fuq. Il-punti baqgħu skarsi fil-ftuħ tat-tieni sessjoni tant li sa’ nofsha saru biss minn trippla ta’ Steve Gouder għal Starlites u basket minn Ivan Buldakov għal Athleta. Starlites ippareġjaw bil-punti ta’ Abraham Portelli u trippla ta’ l-istess player poġġiethom fuq quddiem. Huma żammew il-punt vantaġġ sal-halfime 18-17.

F’nofs it-tielet perjodu il-vantaġġ ta’ Starlites kiber għal 5 punti 25-20 bl- Athleta jwieġbu bi trippla ta’ Michael Giusti. Punti konsekuttivi ta’ Portelli reġgħu kabbru l-vantaġġ ta’ Starlites fi tmiem is-sessjoni 33-27. L-aħħar perjodu reġa’ kien nieqes mil-punti fejn l-ewwel erba’ punti ġew minn Athleta li naqqsu d-distakk għal basket. Starlites għamlu break ta’ 6-0 u minkejja li fl-aħħar minuta Athleta resqu viċin bi trippla oħra ta’ Giusti, Starlites ikkontrollaw u ħarġu rebbieħa 39-36.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 2, R. Bonnici,, S. Bonnici 2, A. Portelli 19, D. Sultana, R. Loporto 5, F. Bartolo 2, C. Doublet, S. Gouder 9.

Athleta: K. Cucciardi,  A. Baldacchino 5, S. Aquilina 4, J. Muscat 2, M. Giusti 10, M. Spiteri, I. Buldakov 15.

Referees:  Emanuel Mangani, Luke Terribile

Mellieha Tritones 68

Floriana Eurobasket Peugeot 75

(21-23)(21-14)(13-19)(11-19)

Floriana Eurobasket Peugeot kellhom jistennew sal-aħħar ħames minuti biex ħadu r-raba’ rebħa fuq Mellieħa dan l-istaġun 75-68 biex temmew it-tieni round b’vantaġġ ta’ 3 punti fuq Siġġiewi. Għal Mellieħa rritornaw Sassoun Saakian u Rueben Abela. Floriana kienu mingħajr Ben Aquilina u Rihards Polis pero’ ġie lura Neville Mercieca. Il-partita mil-ewwel uriet li se tkun ta’ skor għoli meta fl-ewwel sessjoni saru 44 punt. Kienu Mellieħa li bdew tajjeb b’run ta’ 11-2 b’Saakian jispikka. Floriana wieġbu bi trippla ta’ Adrian Pace għalkemm Mellieħa baqgħu fuq quddiem b’run ta’ 5-2. Floriana reġgħu rrispondew għal darb’oħra permezz ta’ Pace u Ian Mercieca u għalkemm Rueben Abela għamel trippla għal Mellieħa, Floriana għalqu s-sessjoni 23-21 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti baqgħu ġejjin b’ Mellieħa jagħmlu run oħra ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Saakian u ħadu vantaġġ ta’ 7 punti 32-25. Floriana tħabtu biex inaqqsu d-distakk inkluża trippla ta’ Chris Sammut pero’ sal-halftime Mellieħa baqgħu igawdu vantaġġ ta’ 5 punti 42-37.

Fit-tielet sessjoni, Floriana bdew tajjeb u fl-ewwel erba’ minuti naqqsu d-distakk għal punt 45-46 bil-punti ta’ Sammut. L-istess player poġġihom minn fuq pero’ trippla oħra minn Abela reġgħat tat vantaġġ minimu lil Mellieħa. Pero’ trippla ta’ Steve Sammut lejn tmiem il-perjodu tat vantaġġ lil Floriana 56-55. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin għal ħin twil u minkejja li Mellieħa tilfu lil Saakian bil-ħames foul, f’nofs is-sessjoni kien hemm parita 65-65. Punti ta’ Pace bdew run deċisiva minn Floriana ta’ 10-3 li biha rebħu l-partita 75-68.

Mellieħa Tritones: J. Sant 4, M. Cauchi 8, S. Saakian 20, E. Sant, R. Abela 9, O.Sammut 6, J. Aquilina 21, M. Camilleri, H. Fenech, P.Cauchi.

Floriana Eurobasket Peugeot: O. Shamala 2, M. Ciantar 3, C. Sammut 26, A. Pace 8, I. Mercieca 17, J. Tanti, S. Sammut 19, S. Galea, N.Mercieca.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 12 11 1 23
Vida Siggiewi 12 8 4 20
Starlites Ker Grill 12 7 5 19
Athleta 12 7 5 19
Mellieha Tritones 12 5 7 17
Bell Net SN Suns 12 4 8 16
Mtarfa Miscela D’oro 12 0 12 12




Leave a comment