Jintemm it-tieni round

Monday, February 18, 2019, 16:56

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Depiro 76

Gżira Athleta 96

(23-22)(17-22)(22-16)(14-36)

Depiro offrew sfida qawwija lil leaders tal-kampjonat Gżira Athleta fejn kien biss fl-aħħar sessjoni li ċedew biex b’hekk Athleta setgħu jieħdu t-tmien rebħa minn tmien partiti fil-kampjonat. Depiro kellhom lura lis-Serb Nenad Rosic u Athleta kienu mingħajr Matthew Gouder u f’nofs it-tielet sessjoni tilfu wkoll lil coach Peter Farrugia fuq protesti. Il-partita kienet missielta sa’ mill-ewwel sessjoni fejn Depiro kellhom it-trippli ta’ Andy Attard waqt li għamlu run ta’ 11-2 għal skor ta’ 21-12. Athleta rkupraw u kienu huma li wieġbu bi break ta’ 10-0  bi trppla ta’ Luca Stefanovic flimkien ma’ Nathan Xuereb u Francesco Mifsud Bonnici  però basket ta’ Rosic ra lil Depiro jtemmu s-sessjoni punt minn fuq 23-22. Fit-tieni perjodu, Athleta marru fuq quddiem wara baskets minn Stefanovic u Xuereb iżda Depiro malajr wieġbu bi trippla ta’ Miguel Brincat. Athleta reġgħu għamlu run ta’ 9-0 bi three pointer ta Xuereb biex daħlu jistrieħu 44-40 minn fuq.

Wara l-intervall, Depiro fetħu b’disa’ punti mingħajr risposta u komplew iżidu l-vantaġġ wara t-tkeċċija ta’ Farrugia 55-48. Trippla ta’ Stefanovic ressqet lil Athleta viċin bid-Depiro jagħlqu basket minn fuq 62-60. Fl-aħħar sessjoni l-folja daret hekk kif Depiro wettqu diversi turnovers u Athleta kkastigawhom b’run ta’ 21-2 b’diversi fast breaks u f’daqqa waħda marru 15 –il punt minn fuq 83-68. Depiro ppruvaw jirkupraw u kellhom punti minn Rosic u Miguel Mallia però Athleta għamlu break ieħor ta’ 13-0 biex rebħu l-partita 96-76.

Depiro: N. Rosic 24, M. Brincat 22

Gżira Athleta: N. Xuereb 36, L. Stefanovic 31

Starlites GIG 72

Victoria Libertas 42

(13-7)(24-12)(19-9)(16-14)

Żewġ runs qawwija fit-tieni u t-tielet sessjoni kienu strumentali biex Starlites GIG jiksbu l-ħames rebħa tal-kampjonat kontra Victoria Libertas 72-42 fejn din kienet it-tielet rebħa tagħhom fuq l-avversarji. Għal Libertas kien nieqes Slavko Opojevlic. Il-partita fetħet b’seba’ punti minn Starlites qabel ma Libertas għamlu l-ewwel punti tagħhom bi trippla ta’ Michael Giusti. Punti ta’ Miguel Falzon u Ian Felice Pace raw lil Starlites itemmu l-ewwel sessjoni 13-7 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites bdew jinqatgħu fuq quddiem meta kellhom run ta’ 16-1 bi three pointers ta’ Nenad Stojanovski u Matthew Scerri għal vantaġġ ta’ 21 punt 31-10. Libertas ppruvaw jirkupraw u kellhom il-punti ta’ Christian Briffa u trippla ta’ Matthew Binder però kienu Starlites li daħlu jistrieħu fuq quddiem 37-19 wara trippla ta’ Owen Psaila.

Fit-tielet sessjoni kien hemm basket fuq kull naħa qabel ma Starlites kellhom run oħra ta’ 15-0 li temmet kull tama ta’ Libertas li jieħdu xi ħaġa mill-partita  hekk kif id-distakk kiber għal 33 punt 54-21. Libertas xorta għaqqdu break ta’ 7-2 iżda l-vantaġġ ta’ Starlites kien doppju 56-28. Fl-aħħar sessjoni r-ritmu naqas xi ftit bir-riżultat qatt ma jkun fid-dubju. Starlites kellhom żewġ trippli oħra minn Stojanovski u Miguel Fabri biex Libertas għalqu l-partita bil-punti ta’ Briffa u Starlites ħarġu rebbieħa 72-42.

Starlites: N. Stojanovski 23, O. Psaila 13.

Victoria Libertas: C. Briffa 10

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

8

8

0

16

678

516

Starlites GIG

8

5

3

13

560

555

Depiro

8

3

5

11

525

542

Siġġiewi

8

2

6

10

562

586

Victoria Libertas

8

2

6

10

456

582

 





Leave a comment