Jintemm il-Kampjonat tal-Federazzjoni Nazzjonali għas-Sajd Sportiv

Wednesday, November 24, 2010, 11:50

Nhar il-Ħadd 21 ta’Novembru ġie fi tmiemu il-Kampjonat għas-sajd sportiv organizzat mil-Federazzjoni Nazzjonali għas-Sajd Sportiv.

Fortune Calafato iċ-Champion tal-kampjonat 2010

Fortune Calafato iċ-Champion tal-kampjonat 2010

Matul is-sena, ħadu sehem xejn anqas min ħamsa u tletin parteċipant fejn ikkompetew bejniethom għall aktar piż fil-qbid ta’ ħut ta’ kwalunkwe razza.  Il-kompetizzjonijiet kollha saru max-xtut tal-Gżira u tas-Sliema bejn is-sebgħa ta’ filgħodu u nofsinhar.
 
Kull parteċipant minbarra il-qasab u affarijiet relatati mas-sajd, kellu l-obbligu li jkollu Barrada (Xibka) sabiex kull huta li jaqbad, izomma ħajja fiha fejn wara li dawn jintiżnu, jiġu impoġġija lura fil-baħar.
 
Il-kompetizzjoni ta’ nhar il-Ħadd saret taġħ xemx taħraq fejn il-bahar kien kemmxejn ċar u kalm. Matul il-jum, qam xi ftit tar-riħ li pero’ ma affetwa xejn fil-qbid tal-ħut.
 
Ir-Rizultati tal-Ħadd 21 ta’ Novembru kienu dawn:
L-Ewwel Post – Fortune Calafato mil-klabb Kingfisher li kellu 2 kilos u 400 gramma fejn fil-maġġoranza taghhom kienu ċawl. Fit-Tieni post - Franklin Formoza ukoll mil-klabb Kingfisher li bħal ta’ qablu qabad ftit ċawl mhux ħażin fejn kellu total ta’ 1Kilo u 820 gramma, filwaqt li fit-tIielet post spiċċa Paul Sammut mill-klabb Blue Sea u li qabad 1Kilo u 350 gramma. Dan ftit differenti mit tnejn ta’ qablu, fejn kellu tahlita ta’ ħut.
 
Ir-Riżultat totali fejn gew stabbiliti ir-rebbieħa tal-league tal-Federazzjoni għas-sena 2010 kienu dawn:
 
Fl-Ewwel Post spiċċa Fortune Calafato mil-klabb Kingfisher li kellu total ta’ 6Kilos u 180 gramma. Fit-Tieni post spiċċa Clayton Camilleri mil-klabb Kingfisher b’total ta’ 5kilos u 100 gramma. Filwaqt li fit-tielet post spiċċa Mario Marlow ukoll mill-klabb Kingfisher li kellu qabda ta’ 4 kilos u 390 gramma.
 
It-Trofej ser jiġu ippreżentati lir-rebbieħa waqt il-Laqgħa Ġenerali  tal-Federazzjoni li ser issir fil-ġranet li ġejjin.
 
Filwaqt li il-Kumitat jifraħ lir-rebbieha u lill partecipanti kollha, jħeggeg lill dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem fil-kampjonat għas-sena  2010, sabiex jikkuntatjaw lill Charles Caruana fuq 7944 9944 jew lill Adrian Nelson fuq 7947 6448 mhux aktar tard mill-15 ta’ Dicembru 2010.





Leave a comment