Jinqata’ l-każ Terrence Scerri

Friday, February 24, 2012, 15:07
L-attakkant ta’ Valletta, Terrence Scerri kien ikkundannat €1,000 u kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat iħor fi żmien tliet snin fuq l-inċidenti li kienu nqalgħu wara l-final tal-FA Trophy li ntlagħbet f’Mejju li għadda. Huwa kien qed jiġi mixli li attakka lill-player ta’ Floriana Chris Cassar ta’ 28 sena.
L-akkuża li fi tmiem il-partita Scerri attakka lill-player ta’ Floriana u li kkommetta attentat ta’ ferita gravi, liema delitt ma ġiex eżegwit minħabba xi ħaġa aċċidentali u ndipendenti mill-player Belti ġiet rinunzjata wara li l-player Furjaniż ħafer lil Scerri.
L-inċidenti nqalgħu fil-grawnd nazzjonali ta’ Ta’Qali l-Ħadd wara nofs inhar tat-22 ta’ Mejju 2011. Terrence Scerri ta’ 27 sena, li huwa player professjonali u residenti l-Isla, li lagħab f’din il-partita li fiha Floriana rebħu 1-0 kien qed jiġi mixli wkoll li kkaġuna feriti ħfief fuq l-istess player tal-football Furjaniż. Huwa nstab ħati li kiser il-paċi pubblika b’għajat u ġlied, li ġab ruħu b’mod abbużiv.
Wara li l-proċeduri ġew eżawriti mill-Qorti preseduta mill-Maġistrat Antonio Mizzi, Terrence Scerri jista’ jirritorna għal logħob ma’ Valletta minnufih.   Huwa kien sospiż għal-12-il xahar mill-Qorti biex ma jersaq lejn l-ebda grawnd fil-Gżejjer Maltin. Kien ukoll ġie sospiż 13-il partita minn naħa tal-Malta Football Association. Għalih deheru l-Avukati Michael Sciriha u Lucio
Sciriha.
Id-difiża minn dejjem qalet li dan kien inċident b’rabta ma’ logħba futbol u li r-referee tal-parita keċċa lill-player fuq dak li għamel. Kien ingħad li Terrence Scerri kien provokat mill-player Furjaniż u li l-istess Christian Cassar kien mar jiċċelebra mat-tim tiegħu fi tmiem il-partita biex dan jikkonferma li ma kellu ebda ġrieħi gravi.




1 Comment

  1. paul attard says:

    Prosit yaya talli hafer lil player tal belt veru ragel

    [Reply]

Leave a comment