Jinghata bidu ghat-12 l-edizzjoni tal-EYOF

Tuesday, July 16, 2013, 11:37

Charles Camenzuli minn Utrecht

Wara li l-Hadd filghaxija saret ic-cerimonja tal-Ftuh tat-12 l-Edizzjoni tal-European Youth Olympic Festival, inghata bidu ghal kompetizzjonijiet fid-9 dixxiplini filprogramm ta’ Loghob ta’ din l-Edizzjoni.

Fl-istess waqt izda l-Kumitati Olimpici Ewropej organizzaw attivita’ f’gih ilPresident tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Jacques Rogge illi fl-ahhar attivita’ ufficjali tieghu bhala president, u l-bniedem li holoq l-EYOF fl-1991. F’din l-attivita’ fic-centru ta’ Utrecht il-KOM ghazel lil judoka Francesco Aufieri sabiex flimkien ma 48 atleta iehor minn daqstant pajjizi jkun prezenti ghal din ic-cerimonja unika qabel ma Rogge icedi l-presidenza tal-KOI.

Fit-Tennispark Den Hommel, fl-azzjoni t-tennista zghazugha ta’ 13 il-sena Katrina Sammut illi mit-tlugh tal-poloz fil-gurnata ta’ qabel wiehed seta jiehu idea talloghoba difficli li kellha quddiemha. Infatti Sammut ittellghet biex tilghab kontra sseed numru 1 fil-kompetizzjoni u ranking numru 16 fl-Ewropa it-tennista ta’ 15 ilsena mill-Ungerija Galfi . Sammut sfat meghluba 6 – 1 ; 6 – 1 bl-ahjar fazi taghha tkun fl-ewwel set . Galfi hija favorita li tirbah il-medalja tad-deheb f’din l-Edizzjoni.

Fl-Atletiekbaan Maarschalkerweerd fit-tielet heat tal-400 metru kienet fl-azzjoni Nicole Gatt .Ftuh mill-aqwa ta’ Nicole Gatt li sa aktar minn 200 metru kienet flewwel post f’mument meta waslet reazzjoni minnKoba Dzhois tal-Ukrajna u Anne Sofie Fruers Kirkegaard tad-Danimarka li dahlu fl-ewwel zewg postijiet b’rizultat illi Nicole Gatt dahlet fil-hames post bi 58.43 sekondi li kien 0.11 ahjar minn dak ta’ 58.54 illi Gatt kienet ghamel fil-Loghob tal-COJI ftit tal-gimghat ilu.Ta’ min jinnota li Nicole Gatt ghamlet hin ahjar minn sitt atleti mill-20 atleta li kien hemm fl-azzjoni.

Nhar il-Hamis jidhol fl-azzjoni il-judoka Francesco Aufieri fil-kategorija 81 kg.





Leave a comment