- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Jingħata bidu għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Kwart ta’ Mil

Posted By Sportinmalta On March 27, 2018 @ 2:34 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Fi tmiem il-ġimgħa, f’temp mhux daqshekk ideali, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing tat bidu għall-kampjonat nazzjonali tal-Kwart ta Mil. L-attendenza kienet wahda tajba ħafna kemm bħala parteċipanti kif ukoll bhala spettaturi. Diversi sewwieqa u karozzi ġodda ġew ippruvati fi trakka f’Ħal Far.

Il-parti ta’ bejn l-14 u l-14.49 sekonda intrebħet minn Nicolai Grech, dik bejn it-13 u t-13.49 sekonda intrebħet minn Laura Cremona u Albert Camilleri rebaħ bejn it-12 u t-12.49 sekondi. Bejn il-11.50 u l-11.99 intrebħet minn Joston Gatt, filwaqt li l-Ingliż Joe Ashton rebaħ bejn il-11 u l-11.49 sekondi. Christian Azzopardi rebaħ bejn l-10.50 u l-10.99 sekondi filwaqt li Karl Mifsud u Noel Debattista rebħu bejn l-10 u l-10.49 sekonda u d-9.50 u d-9.99 sekonda. L-inqas ħin ta’ bejn id-9 u d-9.49 intrebaħ minn Paul Pace.

It-tlett klassijiet Handicap intrebħu minn, Dunstan Mangion, Joe Ashton u Christian Azzopardi. Open Class 3 intrebħet minn Nathan Bartolo, Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Keith Pace filwaqt li Clint Catania rebaħ il-klassi Extreme 2. Adrian Muscat rebaħ il-Klassi CA6 u Ruben Pirotta rebaħ il-klassi SM4. Iz-zewġ klassijiet tad-Dragsters D4 u D5 intrebħu minn Tyson Debono, il-klassi għat-tfal Junior Dragster intrebħet minn Luca Mangion. Frankie Ellul rebaħ iż-żewġ klassijiet Escort Class 2 u Escort Class 3. Adrian Muscat rebaħ il-klassi Open 6 u Lorry Mifsud rebaħ il-klassi SS4

Klassijiet tal-Muturi ġew mirbuħa minn Chris Vella bejn it-8.50 u t-8.99 sekondi, Franklyn Borg rebaħ il-klassi ta’ bejn is-7 u s-7.49 sekondi kif ukoll il-klassi SS1. Leslie Said rebaħ il-klassi index 8.5, Luke Farrugia rebaħ il-klassi SS2A filwaqt illi il-Grieg Savvas Tilsizoglu rebaħ il-klassi Open.

Duncan Micallef għamel numru ta’ ġirjiet bit-Top Fuel Dragster tiegħu. Riżultat notevoli ieħor kien dak ta’ Miguel Montebello li rebaħ il-klassi outlaw front wheel drive f’ħin ta 8.41 sekondi sabiex bil-Honda Type-R huwa s-sewwieq l-aktar veloċi fl-Ewropa b’karozza front wheel drive. Għal dan l-avveniment kien hawn Malta is-Sur Lars Petterson li huwa l-President tal-Kummisjoni tad-Drag Racing fi ħdan il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu. L-avveniment ixxandar live fuq facebook fejn ġie segwit minn madwar 200 elf spettatur. It-Tieni Rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali ta ‘Drag Racing huwa skedat bejn l-1 u t-3 ta ‘Ġunju, mill-ġdid fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f’Ħal Far.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/jinghata-bidu-ghall-kampjonat-nazzjonali-tal-kwart-ta-mil/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.