Jingħata bidu għall-istaġun tal-Motocross

Wednesday, November 21, 2018, 9:58

Nhar il-Ħadd li ġej sa jkomplu t-tiġrijiet tal-Muturi mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2018/2019. Din l-attività ser tkun l-ewwel waħda tal-Kampjonat Uffiċjali tal-Motocross wara li l-ewwel attività li saret kienet Fun Race wara l-waqfa tas-sajf.

Intant nhar il-Ħadd li ġej ukoll l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karrozzi bħalma tagħmel kull sena, fix-xahar ta’ Novembru tieħu ħsieb torganizza quddiesa fil-kumpless tal-ASMK biex tfakkar il-memorija ta dawk l-eks membri li m’għadhomx magħna. Il-Quddiesa tibda fl-10:00am u 11:00am jibda il-Warm Up tal-Motocross li ħa jsir fl-istess kumpless f’Ta’ Qali.

Il-Maltemp li għamel fl-aħħar gimgħtejn żamm l-ASMK milli torganizza diversi attivitajiet fejn b’kollox ġew imħassra żewġ attivitjiet. L-attività bil-muturi Enduro li kellha ssir il-Ħadd 11 ta’ Novembru se ssir il-Ħadd 16 ta’ Diċembru, filwaqt li t-tiġrija bil-Karozzi Autocross ta’ nhar il-Ħadd 18 ta’ Novembru se ssir il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2018.

L-Assoċjazzjoni tavza li beda x-xogħol biex tiġi organizzata d-Demoilition Derby 2018 li mistennija ssir il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2018. Bi tħejjija għal dan se ssir laqgħa għal dawk interessati li jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-parteċipanti irid ikollhom 18-il sena u liċenzja valida tas-Sewqan. Il-laqgħa ser issir nhar il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018 fis-Sala taċ-Ċentru Parrokjali fit-Triq il-Knisja f’Ħad Dingli u tibda fit-8:00pm.

Għal aktar informazzjoni idħlu fis-sit elettroniku tal-ASMK li hu www.asmk.org.mt jew fil-paġna Facebook bl-isem  Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew mobile 9942 5489

Rittrati ta’ Mario Micallef





Leave a comment