- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Jinfetħu uffiċjalment id-39 Edizzjoni tal-World Medical and Health Games

Posted By Sportinmalta On June 18, 2018 @ 12:43 pm In Featured,Other | No Comments

Id-39 edizzjoni tal-World Medical and Health Games infetħu uffiċjalment ilbieraħ waranofsinhar meta saret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ fil-Pjazza ta’ Bugibba.

Il-Parata tan-Nazzjonijiet raw lill-atleti jiġu skortati minn banda lokali fil-pjazza fejn ġew milqugħa mis-Sinjura Anne Marie Fenech (Sindku, San Pawl il-Baħar), Dr Lucienne Attard (Segretarja tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċina  Sportiva u l-Eżerċizzju, membru tal-kumitat eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti u president tal-Organizzazzjoni Nazzjonali Kontra d-Doping) u Dr Alain Seynaeve, Tabib Franċiż li se jindirizza s-Simpożju nhar it-Tlieta.

Iċ-ċerimonja ġiet fi tmiemha bil-qari tal-Ġurament tal-Logħob, li nqara minn ħames atleti li jirrappreżentaw – lil-Malta, iċ-Ċilì, l-Italja, Franza u l-Ġermanja. Dawn qraw il-ġurament bl-Ingliż, Spanjol, Taljan, Franċiż u Ġermaniż.

Dawn il-Logħob ser jilqgħu 1,400 atleti li jirrappreżentaw 41 pajjiż. Malta ser jkolla parteċipazzjoni ta’ 75 atleti.

Sitt atleti Maltin ġew magħżula bħala Ambaxxaturi Sportivi u jinkludu Victor Calvagna (Triathlon), Ivan Esposito, Joseph Castillo (Judo), David Debono (Golf), Mario Mifsud (Powerlifting) u Jessica Pace (Table Tennis).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/jinfethu-ufficjalment-id-39-edizzjoni-tal-world-medical-and-health-games-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.