Jinfetaħ uffiċjalment il-kumpless tal-futbol ta’ Qormi FC

Monday, January 30, 2012, 20:38

Is-Sibt filghaxija gie inwgurat uffiċjlament il-Kumpless tal-Football ta’ Qormi FC mis-Segretarju Parlamentari għaz-Zghazagh u Sport, l-Onor Clyde Puli u mill-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, fil-preżenza tal-President ta’ Qormi FC Redino Apap.

Waqt diskors tal-okkażjoni l-Onor Puli tenna li dan huwa wiehed minn fost 33 grawnd tal-football li l-Gvern għamel fl-aħħar snin bi sħab mal-MFA. Hu sostna li dan il-kumpless tal-football se jkompli jtejjeb il-potenzjal tal-players ta’ Qormi FC u kif ukoll tal-ghexieren ta’ tfal li jattendu n-nursery.

Min naha tieghu il-President tal MFA, Norman Darmanin Demajo qal li l-klabb ta Hal-Qormi FC mhux biss investa fil-facilitajiet sportivi izda fil futur qarib ser jinvesti ukoll fiz-zghazagh u tfal pemezz ta’ twaqif ta akademija.

Il-president tal klabb Sur Redino Apap ta harsa lejn il-facilitajiet ta dan il-kumpless li minbarra il-ground tal-football b’wicc sintetiku insibu ukoll club house ghan nursery, l-ufficini tal-kumittat u tas-supporters club, stand ghal partitarji, klinika, showers u changing room.

 

 





2 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    U wara li wedu li ha jdahu court tal basketball fil progett ghat team tal qrima… l ghaziz seg parlamentari min Qormi.. halla il klabb ta’ Qormi jixejer mar rih …!!

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Dejjem skond il qrima li tkelimt mahom!!

    [Reply]

Leave a comment