Jigi fi tmiemu t-training camp ta’ Zejtun Corinthians F. C.

Sunday, August 22, 2010, 10:19

Nhar il-Hadd, 15 ta’ Awwissu gie fi tmiemu t-training camp li l-klabb Malti li kien promoss ghat-Tieni Divizjoni fl-istagun li ghadda Zejtun Corinthians F. C., ghamel f’Sheffield l-Ingilterra, bil-koperazzjoni tal-klabb tal-League Championship Sheffield United F. C.

Bla dubju din kienet l-ewwel esperjenza ghall-players tal-Corinthians fejn ghamlu erbat ijiem jittrenjaw fuq bazi professjonali billi gew mistiedna biex juzaw il-facilitajiet tal-Akkademja tal-istess klabb tal-Ewwel Divizjoni gewwa l-Ingilterra.

Nhar il-Gimgha li ghadda, Zejtun Corinthians laghbu wkoll partita ta’ hbiberija kontra wiehed mill-aktar timijiet antiki fl-istorja tal-football Hallam FC, li qed jiccelebra il-150 anniversarju mit-twaqqif tieghu, fejn ukoll igawdi l-eqdem ground tal-football fid-dinja. Din il-partita ntlaghbet taht id-dawl artificjali fuq wicc bil-haxix sintetiku. Kien rizultat sodisfacenti ghat-tim Malti hekk kif dan il-konfront spicca fi draw ta’ 3-3, ghalkemm sa ftit minuti mit-tmiem iz-Zwieten kienu qed jirbhu tlieta b’wiehed.

Kienu Hallam li fethu l-iskor izda l-Corinthians irnexxielhom jaqilbu r-rizultat biex dahlu jistriehu fil-vantagg ta’ 2-1 u kmieni fit-tieni taqsima komplew ikabbru l-iskor. Izda lejn tmiem il-loghba, it-tim Ingliz irnexxielu jsib ix-xibka tal-Maltin f’zewg okkazjonijiet ghal skor finali ta’ 3-3.

Kienet partita li ntlaghbet tipikament fuq tattika Ingliza – dik fizika. It-tim Zejtuni, taht it-tmexxija ta’ Alan Mifsud, dam ma ssetilja u sofra l-ewwel goal wara kwarta loghob. Izda mall-hin, il-players Maltin bdew jaqsmu l-loghob mall-avversarji u qatt ma wrew xi sintomi ta’ nferjorità, tant, li skorjaw darbtejn minghajr risposta.

Kien Gary Busuttil li kiseb id-draw b’gowl mill-isbah b’xutt minn barra l-kaxxa, wara nofs siegha loghob, biex lejn tmiem l-ewwel taqsima Kenneth Abela, pogga liz-Zwieten fil-vantagg b’daqqa ta’ ras stupenda.

Fit-tieni taqsima, il-Corinthians komplew fejn hallew qabel il-mistrieh bil-konsegwenza li bdew jiddettaw l-andament tal-partita b’loghob intelligenti u metikoluz. Ghaldaqstant ma kienet l-ebda sorpriza li komplew ikabbru l-vantagg, ghal skor ta’ 3-1, meta Andy Portelli venven xutt li ma ta l-ebda cans lill-goalkeeper avvesarju jsalva.

Lejn tmiem il-partita, ir-ritmu naqas xi ftit u meta kollox kien jindika li z-Zwieten kienu se jirbhu din il-partita, it-team Ingliz kellu ideat ohra ghax fl-ahhar seba’ minuti skurjaw darbtejn biex irnexxielhom jiksbu d-draw.

Dan li gej huma l-kummenti tal-coach Alan Mifsud. Huwa qal li bla dubju din kienet esperjenza li m’ahna se ninsew qatt. Personalment digà ghaddejt minn esperjenzi ohra fil-passat meta kont ghadni player, izda fil-hajja dejjem hemm lok biex wiehed jitghallem xi haga gdida. Dan it-training camp zgur li se jhalli effetti pozittivi fuq il-players, staff tekniku u fuq kollox dirigenti ghax rajna b’ghajnejna dwar it-tmexxija ta’ klabb fuq l-oghla livelli.

Dan it-training camp serva wkoll biex tkompli titnissel l-ghaqda fost il-players kollha. Infatti stajt ninnota ambjent ta’ hbiberija bejn kulhadd li jawgura tajjeb ghal dan l-istagun hekk kif l-obbjettiv taghna huwa li nkunu sfidanti denji ghar-rebh tal-unuri.

Minn naha tieghu l-Onorevoli Carmelo Abela, li kien il-mohh wara dan it-training camp, sostna li kif qal il-coach din kienet esperjenza sabiha fejn il-players kollha, kemm dawk maturi kif ukoll dawk aktar zghazagh, kellhom l-opportunità li jitharrgu u jqattghu ftit jiem f’ambjent ferm organizzat u professjonali bhal dak ta’ Sheffield United.

Apparti t-tahrig li hadu il-players u li se jghin biex it-team ta’ Zejtun Corinthians ikompli bit-tahrig tieghu ghal dan l-istagun, din kienet okkazjoni unika fejn il-players setghu jsiru jafu aktar lil xulxin mill-qrib u dan ikompli jghin biex l-ispirtu sabih u trankwill li jezisti jkompli jissahhah.

Il-kontingent Malti kien mistieden izur il-muzew tat-team ta’ Sheffield United FC The Legends of the Lane, d-dressing rooms u l-istess ground. Is-Sibt kien imiss li Sheffield United jilghabu l-ewwel loghba home ta’ dan l-istagun kontra l-Queens Park Rangers. Ftit minuti qabel il-loghba t-team tal-Corinthians kien mistieden jinzel fil-ground ghall-prezentazzjoni u gie anke msemmi mill-prezentatur hekk kif konna fil-ground waqt li saru xi prezentazzjonijiet. Prezenti fost l-oharjn kien hemm ic-Chairman tal-istess club Ingliz Kevin McCabe.

Finalment, l-Onorevoli Carmelo Abela, li huwa wkoll is-segretarju tal-club, irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod taw is-sehem taghhom biex dan it-training camp seta’ jkun wiehed ta’ success. Fost l-ohrajn huwa rringrazzja lid-dirigenti u l-istaff ta’ Sheffield United li minkejja l-impenn taghhom sabu l-hin sabiex jospitaw lill-iskwadra Maltija u persuni ohra li f’Malta kienu strumentali biex din iz-zjara setghet issehh realta`.

Is-segretarju Zejtuni rringrazzja wkoll lill-isponsors li digà offrew l-ghajnuna taghhom kemm ghal dan it training camp kif ukoll ghal dan l-istagun. Dawn huma Supreme Travel, Cassar Service Station, Schembri Bros., Nordic Bar, Roger’s Bakery, Tutto Sport, Brownrigg Services & Supplies Ltd., Sigma Paints Malta, Vandan Confectionery, Kastell Wine Bar Tarxien u AF Signs.

Ta’ min jghid ukoll li Malta Tourism Authority huma l-isponsors ewlenin ta’ Sheffield United u kien grazzi ghal dan l-isponsorship li xi snin ilu kien sar il-kuntatt mad-dirigenti ta’ Sheffield United FC u li f’dan ix-xahar ta’ Awwissu dik li kienet biss holma f’Lulju li ghadda saret realta`.





Leave a comment