Jiġi fi tmiemu “Summer on the Move” u jifthu l-applikazzjonijiet ghall-Skolasport

Tuesday, September 9, 2014, 13:39

Għal ħafna nies ix-xahar ta’ Settembru huwa sinonimu mal-bidu tas-sena skolastika. Għall-Kunsill Malti għall-Isport, Settembru jġib miegħu tmiem Summer on the Move; il-programm sportiv għas-sajf. Din il-ġimgħa, filfatt hija l-aħħar waħda għat-3,800 parteċipant li din is-sena attendew għas-sessjonijiet ta’ dan il-programm.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Aġius flimkien maċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil żaru l-pixxina nazzjonali tal-Qroqq fejn segwew l-attivitajiet li kienu għaddejjin għal nies ta’ kull eta’. Spikkat l-esebizzjoni tal-għawm sinkronizzat li ta’ kull gimgha tkun immexxija minn Saho Harada, li rebħet żewġ midalji f’din id-dixxiplina; waħda tal-fidda u oħra tal-bronż f’żewġ edizzjonijiet tal-olimpjadi tas-sajf (2004/2008). Minbarra l-attivitajiet fil-pixxina, kemm is-Segretarju Parlamentari u anke c-Chairman żaru l-indoor games li kienu għaddejjin fil-kumpless tal-Qroqq.

 

Din kienet l-ewwel sena, minbarra dik tal-2004, li l-programm ta’ Summer on the Move m’għamilx telf. Il-fondi li ser jibqa’ wara li jinqatgħu l-ispejjeż kollha, ser jintużaw sabiex il-livell tal-programmi kull ma jmur jitjieb.

 

Il-Kunsill Malti għall-Isport huwa mpenjat li joffri lill-pubbliku ġenerali aktar programmi ta’ dan it-tip. Intant minn nhar il-Gimgha, 5 ta’ Settembru ser jiftħu l-applikazzjonijiet online ta’ Skolasport. Dawk interessati li japplikaw għall-Skolasport huma mħeġġa li ma jħallux għall-aħħar. Aktar informazzjoni tinstab fuq is-sitwww.sportmalta.org.mt<http://www.sportmalta.org.mt>

 





Leave a comment