Jiġi fi tmiemu l-Kampjonat Garmin BSJ Open Water Swimming

Monday, August 24, 2020, 7:29

Andre Camilleri u Sarah Demicoli ħarġu r-rebbieħa ġenerali tal-Kampjonati tal-Għawm Open Water Garmin BSJ hekk kif l-aħħar tellieqa, li kienet tikkonsisti f’għawma ta’ erba’ kilometri, saret l-Erbgħa li għadda fil-Bajja ta’ Salina.

Ir-rebħa tagħhom ma kinitx ta’ ​​sorpriża hekk kif iż-żewġ għawwiema kkompetew b’mod konsistenti u kienu dejjem fuq quddiem matul il-kampjonat kollu. Dan huwa l-ewwel titlu ta’ Camilleri. Huwa rebaħ it-titlu ta’ taħt l-14-il sena fl-2015. Għal Demicoli, dan hu s-sitt titlu tagħha. Il-ħila tagħha kienet evidenti wara li kienet dejjem waħda mill-għawwiema li spiċċaw fl-ewwel ħames postijijet. Fl-aħħar tliet tlielaq dejjem ħarġet mill-ilma t-tieni wara Camilleri.

Tellieqa ta’ Erba’ Kilometri

L-aħħar tellieqa tal-Kampjonat serviet ukoll bħala kwalifikazzjoni għal dawk l-għawwiema li bi ħsiebhom jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-għawm fil-fliegu bejn Malta u Għawdex fil jiem li ġejjin. Apparti d-distanza itwal li kellha tkun koperta, l-għawwiema kellhom xkiel mill-kurrenti qawwija li kien hemm matul it-tellieqa.

Andre Camilleri u Sarah Demicoli kisbu l-aqwa postijiet u kienu l-ewwel żewġ atleti barra mill-ilma. Dawn il-pożizzjonijiet kienu konsistentament miksuba fl-aħħar tlitt itlielaq.

Fil-kategorija tal-irġiel, Stefano Debono Grech spiċċa fit-tieni post, segwit miż-żagħżugħ Luca Vella.

Il-kategorija tan-nisa rat lil Kelsey Borg tispiċċa fit-tieni post, filwaqt li Martina Micallef għelbet lil Leah Satariano bi ftit sekondi biex tieħu t-tielet post.

Klassifika tal-Kampjonat

Bl-ewwel postijiet miksuba minn Camilleri u Demicoli, tellieqa kienet għaddejja għat-tieni u t-tielet postijiet. Dawn ittieħdu minn Stefano Debono Grech u Luca Vella. Iż-żewġ għawwiema kienu konsistenti fil-wirjiet tagħhom. Huma wkoll kisbu ħinijiet aħjar meta mqabbla ma’ dawk tas-sena l-oħra.

Il-kategorija tan-nisa rat id-debuttanti Kelsey Borg u Martina Micallef. Huma kisbu t-tieni u t-tielet post. Micallef iffaċċjat sfida minn Leah Satariano iżda kienet Micallef li kisbet it-tielet post.

It-tellieqa tal-Erbgħa rat ukoll ir-rebbieħa tal-Grupp tal-Etajiet li ġew imħabbra u mogħtija t-trofej tagħhom. Minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 fis-seħħ ma saret l-ebda preżentazzjoni.

“Dawn huma żminijiet partikolarment diffiċli. Mhux faċli iżżomm il-bilanċ meħtieġ biex tiżgura li jintlaħqu r-regolamenti kollha tas-sigurtà, waqt li tagħti lill-atleti esperjenza ta’ tellieqa tajba. B’xorti tajba l-atleti kkooperaw b’mod sħiħ, u n-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-podju għar-rebbieħa kien kompromess żgħir. ” qal Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St Joseph Sports Club .

Birkirkara St Joseph Sports Club huwa grat lill-isponsors uffiċjali Garmin Malta, rappreżentati minn Medcomms Ltd, għall-appoġġ li ilhom jagħtu lill-klabb. Il-klabb esprima r-ringrazzjament tiegħu lil proteinmalta.com għall-appoġġ tagħhom.





Leave a comment