Jiġi fi tmiemu l-istaġun tal-MTFSA – Samuel Bartolo champion ġdid

Friday, April 13, 2012, 16:12

L-istagun tal-Malta Table Football Sports Association gie fi tmiemu b’campjin gdid ta’ Malta. Il-plejer ta’ Valletta Subbuteo Club, Samuel Bartolo rebah il-kampjonat tal-Premier fl’ahhar gurnata b’distakk ta punt wiehed biss fuq Mark Gauci (ATLAS), li kien rebah l-ahhar erba’ staguni. Derek Conti ta’ Valletta Subbuteo Club ikklassifika fit -tielet post, wara stagun sodisfacenti.

Samuel rebah dan l-unur ghal ewwel darba w fil-kummenti tieghu wara l-ahhar loghba qal, li jinsab ferhan hafna li sar Champjin ta’ Malta w li xtaq jiddedika dan l-unur li familja tieghu w lil gharusa, talli dawn dejjem kienu ta ghajnuna ghalieh. Irringrazzja lil shabu tal-Valletta Subbuteo Club u lill-President, is-Sur Felix Rizzo. Samuel qal li qed ihares il-quddiem biex jiehu sehem fit-tazza tad-dinja li ser issir f’Manchester l-Ingilterra w li se jaghmel hiltu kollha biex jirbah dan l-unur. Samuel kien diga campjin tad-dinja mat-tim ta’ Malta fl-Open fit-2010 u anke fit-tim tal-Under 19 fis-sena 2003.

Fil-kampjonat tal- ewwel divizjoni, kien Mario Camilleri (Valletta Subbuteo Club) li hareg rebbieh, b’Jean Carl Tabone (ASD SC Palermo) w Mauro Camilleri (Bormla Subbuteo Club) jikklassifikaw fit-tieni w tielet post rispettivament. Mario kellu stagun tajjeb hafna w tilef biss loghba wahda. Dawn it-tlett plejers kisbu d-dritt li fl-stagun li gej jilghabu fil-kampjonat Premier.

Iz-zaghzugh tal-Valletta Subbuteo Club, Andrew Abela kellu stagun konvincenti fil-kampjonat tat-tieni divizjoni w spicca fl-ewwel post quddiem Simon Gauci (Attard Subbuteo Club) w Denzil Camilleri (Bormla Subbuteo Club). Andrew ghadu plejer ta taht id-dsatax il-sena w jidher li ghandu gejjieni sabih f’dan l-sport.





Leave a comment