Jiftaħ lis-staġun għall-Hibernians Basketball Club & Nursery 2013/2014

Wednesday, September 11, 2013, 16:48

Wasal iż-żmien li jerġa’ jibda staġun ieħor! L-istaġun li għadda kien wieħed pożittiv għall-aħħar tant li ntrebħu żewġ Kategoriji Taħt is-16-il sena u Taħt l-14-il sena Maskili fil-Kampjonati Nazzjonali.  Imbagħad fil-Kategoriji Taħt id-19-il sena u Taħt l-14-il sena Femminili ksibna it-2 post rispettivament. Niftakru li dawn il-plejers kollha f’dawn il-kategoriji kienu darba jiffurmaw parti mill-Kategoriji iżgħar.

Dan juri li l-Hibernians Basketball Nursery toħloq taħriġ mill-aktar addattat għat-tfal u r-riżultati qed jagħtuna aktar enerġija biex naħdmu aktar mat-tfal u żgħażagħ afdati lilna. L-għan tan-Nursery tagħna huwa li tressaq tfal lejn il-logħba tal-Basketball, tkabbar il-potenzjal ta’ kull individwu, imsomma tnissel fihom kultura sportiva.

L-ewwel taħriġ ser isir nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru 2013 fil-Kumpless Sportiv ta’ Kordin. Il-ħinijiet tat-taħriġ ser ikun hekk: Tfal li twieldu fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 bejn id-9am u 10.30am, filwaqt li tfal li twieldu fis-snin 2002 u 2003 bejn 10.45am u 12.15pm.

Għal aktar tagħrif tistgħu tibagħtu e-mejl fuq sd@onvol.net jew ċemplu fuq 79994729/99466723





Leave a comment