Jiftah l-istaġun ta’ l-Handball b’żewġ konfronti tas-Super Cup

Friday, September 27, 2013, 19:17

Il-klabb ta’ La Salle inrnexxilhom jerbħu l-ewwel żewġ unuri ta’ l-istaġun. Filfinali tal-kategorija tan-nisa, La Salle ZT Developments għelbu l-isfida tar-rivali Aloysians Żmerċ filwaqt li dik ta’ l-irġiel La Salle BHS rebħu l-isfida kontra it-tim ta’ Luxol La Salle ZT Developments bdew il-partita b’ritmu tajjeb u mall-ewwel fetħu vantaġġ minimu. Aloysians Żmerċ pruvaw jidħlu fil-logħba iżda fl-aħħar ta’ lewwel taqsima, La Salle kienu qed igawdu vantaġġ ta’ tlett goals.

Hekk kif bdiet it-tieni taqsima, La Salle kkontrollaw il-partita. Wara 10 minuti huma kienu qed igawdu vantaġġ ta’ 6 goals. Aloysians tefgħu kollox fuq l-offensiva u irnexxilhom jidħu fil-logħba. Fil-25 minuta, Brenda Camilleri skurjat goal lil Aloysians u hekk ġew goal biss il-bogħod minn l-avversarji tagħhom. Iżda fl-aħħar 5 minuti La Salle reġgħu sabu ir-ritmu u fetħu vantaġġ ta’ 4 goals sa tmiem il-logħba.

Il-finali tal-kategorija ta’ l-irġiel, kienet fotokopja tal-finali tal-Knock Out. La Salle BHS rebħu din il-partita drammatika fl-aħħar 10 minuti fuq it-tim qalbieni ta’ Luxol. Il-partita ma’ l-ewwel bdiet b’ritmu magħġel. F’nofs l-ewwel taqsima Luxol fetħu vantaġġ ta’ 3 goals u żammew dan sa tmiem l-ewwel taqsima. Wara ilmistrieħ, La Salle BHS pruvaw iżidu ir-ritmu taghħom iżda Luxol baqgħu sodi u konċentrati. Ma’ dan kollu, fl-aħħar 10 minuti daħlu fil-logħba u għall-ewwel darba tul il-partita ġabu l-iscore indaqs. Goals minn Said u Oschleger tefgħu t-tim La Salljan fil-vantaġġ. Luxol pruvaw isalvaw il-partita iżda La Salle kellhom difiża b’saħħitha u ma’ setgħux jiskurjaw.

Il-President is-Sur Louis Borg preżenta t-tazzi lil captains rebbieħa.





Leave a comment