Jien aħjar minn Yakubu u Martins – Anthony Eviparker

Tuesday, March 23, 2010, 11:45

Jekk forsi qegħdin tħarsu lejn il-laptop tagħkom, tgħidu jekk hawnx xi żball, ngħidilkom li tajjeb qegħdin taqraw. Anthony Eviparker ftit tal-jiem ilu kien qed jagħti intervista lill-ġurnalista Tania Aiyejina f’waħda mill-gazzetti Niġerjana.

Meta kien mistoqsi dwar iċ-ċansijiet tiegħu li jissejjaħ mat-tim Nazzjonali Niġerjan meta diġa hemm plejers stabbiliti bħal Martins u Yakubu, in-Niġerjan wieġeb: “L-unika differenza li hemm bejni u bejn dawk il-plejers hija li huma jilagħbu ma’ klabbs aħjar minni. Il-futbol huwa magħmul biss mix-xorti li jkollok. Minbarra l-issue tal-klabbs dawn m’humiex aħjar minni . Dawn (Yakubu u Martins) jekk jilagħbu f’Malta ibatu biex iżommu posthom mal-klabbs tagħhom.

Anthony Eviparker wasal l-ewwel darba f’Malta fl-2001 fejn lagħab ma’ Marsa, Balzan, Floriana u Vittoriosa Stars. L-istaġun li għadda rebaħ l-aqwa plejer tal-ewwel diviżjoni fil-Melita Malta Football Awards.





Leave a comment