Jidhlu fl-azzjoni Stefan u David Farrugia fid-doubles ‘raffa’.

Wednesday, June 26, 2013, 14:50

Fis-sitt gurnata tas-XVII Edizzjoni tal-Loghob tal-Meditteran, filwaqt li f’Mersin fi hdan il-kontingent Malti l-attenzjoni tmur fuq dak li se jsehh ghada meta fixshooting range ta’ Erdemil ssir il-kompetizzjoni tad-double trap meta jidhlu fl-azzjoni William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb, illum iddebuttaw il-koppja Stefan Farrugia u David Farrugia bl-ewwel partita taghhom fid-doubles tarRaffa.

Wara li kmieni filghodu l-koppja Maltija ittellghu ‘bye’ l-ewwel dehra taghhom kienet dik kontra Serbja (partita li kellha tibda fis-7 pm) . L-Erbgha filghodu l-koppja Farrugia jilghabu fit-tielet rawnd kontra l-Algerija u wara kontra l-Libja bl-ahhar partita tkun tard filghaxija kontra l-Italja.

Ghada jidhol wkoll fl-azzjoni l-lottatur Adam Vella illi flimkien mal-kowc tieghu Abraham Vassallo kienu l-ahhar atleti li waslu Mersin. Bid-differenza illi wara jumejn mill-wasla taghhom it-tnejn ghadhom minghajr bagalji dan ghaliex mittluq minn Malta lejn Istanbul, il-bagalji flimkien ma dawk ta’ persuni ohra ntilfu fit-tragitt. L-ewwel atleti tal-kontingent li gia temmew l-impenji taghhom fil-Loghob,

Andrew Chectuti, Eleanor Bezzina , Rodmar Pulia, Brian Galea u l-kowc talweightlifting jesmond Caruana jirritornaw Malta nhar l-Erbgha fis-2.20 pm b’titjira minn Istanbul.





Leave a comment