Jidebuttaw Agius u Alemao għall-Birkirkara

Friday, January 21, 2011, 16:35

minn Caroline Attard.

Wara li matul din il-ġimgħa l-klabbs maltin kienu inpenjati fil-Ubet FA Trophy,  is-Sibt jirritorna l-Kampjonat BOV Premier bil-15-il ġurnata.

Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Birkirkara li ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Marsaxlokk jaffrontaw konfront mill-aktar delikat kontra Hamrun Spartans li jinsabu punt biss taħthom fil-klassifika. Għall-karkariżi mistennija jiddebbuttaw iż-żewġ akkwisti Andrei Agius u l-istriker Brażiljan Alemao.

Apparti Valletta, bilanċ bejn it-timijiet dan l-istaġun

Apparti Valletta, bilanċ bejn it-timijiet dan l-istaġun

Minn naħa tagħhom Hamrun wkoll se jkunu qedgħin ifittxu li jirritornaw għar-rebħ wara li tilfu fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Hibernians. Steve D’amato wkoll sahhah l-iskwadra tiegħu matul l-kampanja akkwisti ta’ Jannar hekk kif irritorna magħhom Dylan Kokavessis b’self minn ma’ Marsaxlokk. Għaldaqstant l-Ispartans tilfu s-servizzi tad-difensur Martin Hrubsa li weġġa’ fl-aħħar konfront u mistenni jibqa’ barra sa tmiem l-istaġun.

It-tieni partita tlaqqa’ lil Leaders Valletta li għadhom mingħajr telfa u lil Marsaxlokk li jridu jassikkuraw posthom fiċ-Championship Pool. It-tim belti ġej minn rebħa konvincenti oħra kontra Tarxien u għalihom mistenni li jirritorna l-midfielder internazzjonali Jamie Pace. Wara l-eleminazzjoni mill-FA Trophy, ix-xlukkajri li attwalment jinsabu fis-sitt post tal-klassifika irridu jkomplu fuq il-wirja tajba tal-ġimgħa l-oħra kontra birkirkara u jippruvaw jagħtu l-ewwel telfa lil Valletta biex jaċċertaw posthom mal-kbar.

Il-Kampjonat Premier jissokta fil-Hibs Stadium il-Hadd wara nofs in-nhar fejn Hibs li rritornaw għar-rebħ wara 13-il ġimgħa jospitaw lit-team ta’ qiegħ il-klassifika Vittoriosa. Partita delikata għall-Pawlisti hekk kif huma ma jistgħux ifallu jekk iridu jissiltu għall-post fiż-żona Champions. Ebda player m’huwa sospiż fl-iskwadra ta’ Mark Miller filwaqt li Jean Paul Farrugia u Aaron Xuereb għadhom imweġġa.

Fit-tieni partita tal-Ħadd wara nofs in-nhar Floriana jittamaw li jkomplu bil-mument maġiku tagħhom meta jaffrontaw lil Qormi fejn b’rebħa jikkonfermaw posthom fit-tieni post.

Il-15-il ġurnata tal-kampjonat Premier tasal fi tmiemha t-Tnejn filgħaxija bil-partita Sliema vs Tarxien li tintlghab fis-7.30pm fil-Hamrun Ground.

Il-partita Valletta vs Marsaxlokk se tixxandar b’xandira diretta fuq Malta Stars bit-trasmissjoni tibda fit-3.30pm.





Leave a comment