Jiddebutta Lipouz Lesmelchen waqt l-ewwel edizzjoni tal-Equestrian Festival 2010

Saturday, April 24, 2010, 12:30

Hekk kif nhar il-Ħadd ser tissokta l-ewwel edizzjoni tal-Equestrian Festival fil-Korsa tal-Marsa, fost id-diversi attrazzjonijiet li ser jikkaraterizzaw dan il-festival ser jkun hemm id-debutt taż-żiemel popolari Franċiż Lipouz Lesmelchen.

Lipouz Lesmelchen

Dan iż-żiemel twieled fit-23 ta’April fl-1999 minn Podosis u Bruded Lesmelchen. Fi Franza u f’koros oħra fl-Ewropa dan iż-żiemel ġera 123 tiġrija li minnhom rebaħ 19 u pplejsja 22 darba oħra. F’dawn it-tiġrijiet huwa rebaħ is-somma ta’ €541,300.

Fi Franza, dan iż-żiemel huwa magħruf għad-diversi tiġrijiet ta’ isem fosthom il-Prix Reynolds f’Ottubru 2009, tiġrija internazzjonali monte fuq distanza ta 2,200m li fiha spiċċa t-tieni f’medja ta 1’12’9/km fejn għeleb l-isfida taż-żwiemel bħal Oyonnax, rebbieħ tal-Prix D’Amerique ta’ din is-sena, Malakite, Paola de Lou, Prince de Montford u oħrajn.

Ir-rekord tal-karriera s’issa għamlu fid-19 ta’ Awwissu 2009 fil-Prix du Chateau du Loire u dan kien ta’ 1’11’5/km bis-serkin fuq distaza 2100m bl-autostart fil-korsa ta’ Vincennes ġewwa Pariġi.

It-tiġrija li dan iż-żiemel ser jikkompeti fiha ser tkun dik tal-Klassi Premier u ser tibda fil-5.15 ta’ filgħaxija.





Leave a comment