Jibda t-tournament FIBA U16 tal-basketball f’Malta

Wednesday, July 2, 2014, 14:14

Fil-Padiljun nazzjonali tal-basketball f’Ta’ Qali sar il-ftuħ uffiċjali tal-FIBA U16 tournament tat-tfajliet u tas-subien.
Il-kompetizzjoni femminili tara lil Malta, taħt it-tmexxija ta’ Sandro Farrugia tissielet kontra l-Iskozja, Ġibiltà, Andorra u Wales.  Filwaqt li fil-kompetizzjoni tal-irġiel il-Maltin mmexxija minn Gabriele Alesse u Kristin Baldacchino ser jikkonfrontaw lil Wales, San Marino, Ġibiltà u Andorra.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius attenda għaċ-ċerimonja uffiċjali ta’ din il-kompetizzjoni.  Kienu preżenti l-10 timijiet li ser jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni flimkien ma’ bosta uffiċjali tal-FIBA u anke tal-assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball fosthom il-president Paul Sultana u s-Segretarju Joseph Muscat.  Fid-diskors tiegħu, s-Segretarju Parlamemtari, faħħar l-isforzi li tagħmel l-assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball biex torganizza kompetizzjonijiet ta’ din ix-xorta.  Filwaqt li awgura li l-kompetizzjoni tkun suċċess, fakkar dwar l-importanza li bħal ma min kien jgħid Pierre de Coubertin l-importanti mhux li tirbaħ imma li tipparteċipa.
Is-Segretarju Parlamentari assista għall-ewwel logħba li t-tim nazzjonali Malti femminili kellu kontra Ġibiltà liema logħba intrebħet mill-Maltin bl-iskor ta’ 66-22.  Aktar tard kien impenjat it-tim nazzjonali tas-subien u rebah lil Andorra 63-61.

 





Leave a comment