Jibda t-tielet round b’rebħ minn Hibs u Athleta

Tuesday, February 17, 2015, 8:17

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 52

Hibs 55

(12-10)(14-11)(16-15)(10-19)

Hibs komplew juru titjib fil-logħob tagħhom u huma kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat kontra Pavi Depiro 55-52. Il-logħba kellha bidu kwiet bid-Depiro jkollhom vantaġġ ta’ punt fil-ħames minuta 5-4 wara punti minn Siarre Evans. Silvia Gambino u Elena Cassar wieġbu għal Hibs imma Depiro rnexxielhom jagħlqu s-sessjoni fuq quddim wara trippla minn Tina Mifsud għal skor ta’ 12-10. Depiro fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni u kellhom run ta’ 7-0 bi three pointer ieħor ta’ Mifsud u l-punti ta’ Evans u Sam Brincat. Hibs wieġbu bi trippla minn Christina Grima iżda Evans żammet lil Depiro fuq quddiem fl-intervall 26-21.

Depiro fetħu tajjeb fit-tielet sessjoni hekk kif fetħu b’żewġ trippli minn Brincat u Evans flimkien ma Maria Bonett u Svetlana Micallef u biex żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 13-il punt 36-23. Wara time-out, Hibs irkupraw u kellhom punti minn Ema Micallef, Grima u Nadia Mifsud u hekk kif għamlu run ta’ 10-2 run biex naqqsu l-iżvantaġġ 33-38. Grima kellha trippla oħra għal Hibs imma Depiro kellhom il-punti minn Micallef u Evans biex żammew il-vantaġġ fl-aħħar tat-tielet sessjoni 42-36. Hibs kellhom bidu tajjeb ħafna għall-perijodu finali meta bdew b’run ta’ 10-0 run inkluż three pointer minn Micallef flimkien ma’ Grima, Mifsud u Gambino li rawhom jieħdu l-vantaġġ 46-42. Depiro wieġbu bi trippli minn Tina u Gaby Mifsud madankollu Hibs kellhom aktar punti ta’ Gambino u Grima. Depiro ġabu l-iskor indaqs 52-52 fl-aħħar minuta b’punti għal darb’oħra minn Mifsud madankollu Grima kellha l-aħħar free-shots tal-logħba u hi skorjat tlieta minn erbgħa u taw ir-rebħa lil Hibs 55-52.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 5, R. Calleja, S. Brincat 7, M. Bonett 2, N. Agius, M. Mifsud 11, S. Evans 17, P. Montanaro, S. Micallef 10, C. Ciantar.

Hibs: E. Micallef 10, E. Cassar 6, S. Gambino 13, J. Xuereb, C. Schiavone, C. Grima 18, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud 8, N. Farrugia, J. Scerri.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.

DHL Phoenix 23

Honey Athleta 62

(4-11)(5-17)(3-20)(9-14)

Wara s-suċċess tagħhom fil-finali tan-Knock-out aktar kmieni matul il-ġimgħa, Honey Athleta kellhom rebħa komda kontra DHL Phoenix 62-23. Kif mistenni, il-coach Ruth Spiteri tat ħafna ħin lill-players kollha tagħha. Phoenix kellhom xi players neqsin inklużi Lisa Pace, Justine Busuttil Gaerthy u Francesca Camilleri. Francesca Farrugia kienet nieqsa għal Athleta. Athleta kisbu l-ewwel sitt punti tal-partita minn Amelia Simmons u Lonekke Cassar. Il-punti ta’ Phoenix ġew minn Guliana Torpiano u Stephanie Davies qabel aktar punti minn Simmons u Cassar għal Athleta għal skor ta’ 11-4. Athleta bidlu l-players kollha tagħhom għat-tieni sessjoni imma l-punti tagħhom baqgħu ġejjin regolarment u huma fetħu bl-ewwel 9 punti. Sharon Vella kellha 4 punti flimkien ma’ Denise Said Hollier u Lindsey Pirotta. Phoenix kellhom basket ieħor minn Torpiano u trippla minn Francesca Sant. Fl-aħħar żewġ minuti, Athleta kellhom aktar punti minn Said Hollier u Emma Moore u daħlu jistrieħu fuq quddiem 28-9.

Fit-tielet sessjoni, Athleta komplew jiksbu l-punti fuq bażi regolari. Huma bdew b’aktar baskets minn Simmons inkluż trippla flimkien ma’ Chantelle Mifsud u Vella. Huma għamlu 18 –il punt mingħajr risposta qabel ma Phoenix kellhom basket minn Yanika Agius għal skor ta’ 48-12. L-aħħar sessjoni kienet aktar ibbilanċjata hekk kif ir-riżultat kien assikurat għal Athleta. Phoenix kellhom il-punti minn Jean Doughty u Davies fl-ewwel minuti. Athleta wieġbu b’punti minn Moore, Cassar u Pirotta hekk kif il-logħba ntemmet bl-Athleta joħorġu rebbieħa 62-23.

DHL Phoenix: J. Doughty 6, M. Gatt, G. Torpiano 5, A. Demanuele, F. Sant 4, Y. Agius 4,S. Davies 4.

Honey Athleta: E. Moore 5, L. Pirotta 4, S. Vella 8, L. Cassar 5, L. Sciberras 5, A. Borg 5, D. Said Hollier 9, A. Simmons 18, R. Sciberras 2, S.J. Barbara 2, C. Mifsud 2.

Referees: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

8

8

0

16

479

356

Pavi Depiro

9

5

4

14

580

491

Honey Athleta

9

5

4

14

573

442

Hibs

9

4

5

13

519

503

DHL Phoenix

9

0

9

9

286

645





Leave a comment