Jibda r-raba’ u l-aħħar round qabel il-play-offs

Monday, March 2, 2020, 21:26

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

ARMS Depiro 53

Hibernians 92

(10-28)(11-11)(19-22)(13-31)

Hibs kisbu rebħa tajba kontra Depiro biex żammew l-ewwel post tal-klassifika

Ritratt: Wally Galea

fil-bidu tar-raba’ u l-aħħar round li jwassal għall-play-offs. Depiro kienu mingħajr Claire Ciantar waqt li Hibs kellhom nieqsa lil Iona Agius. Għal ħin twil Hibs bdew jipressaw lill-avversarji tant li Depiro bdew jagħmlu diversi turn-overs li minnhom Hibs għamlu diversi punti. Hibs marru 10-2 minn fuq fl-ewwel minuti bil-baskets tal-Amerikana Amelia Simmons flimkien ma’ Leanne Duncan u Jasmine Abela. Depiro kellhom risposta minn Nicole Agius li għamlet trippla però Hibs komplew b’run qawwija ta’ 18-2 fejn mal-punti ta’ Simmons żdiedu wkoll ta’ Ashleigh Van Vliet u Ylenia Bonett biex għalqu s-sessjoni 28-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu u l-logħob kien aktar maqsum tant li ż-żewġ timijiet spiċċaw f’parita ta’ 11-11. Hibs bdew bi break ta’ 7-2 però Depiro għamlu l-aħħar 5 punti biex Hibs daħlu jistrieħu 39-21 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Depiro kellhom il-baskets ta’ Hannah Johnson li sa’ dak il-ħin kellha partita kwieta però Hibs malajr wieġbu permezz ta’ Simmons u Bonett. Trippla oħra ta’ Agius naqqset id-distakk għal Depiro bil-punti jkomplu jaslu fuq iż-żewġ naħat għal skor ta’ 61-40. Fl-aħħar perjodu Hubs bdew b’sensielta ta’ trippli minn Abela li kellha tlieta fil-waqt li l-punti tad-Depiro ġew minn Johnson. Sa’ tmiem il-partita ma kienx hemm dubju fejn sejra r-rebħa biż-żewġ timijiet jużaw diversi players ta’ fuq il-bank u Hibs joħorġu rebbieħa 92-53.

ARMS Depiro: No. Agius, N.Borg 6, Ni. Agius 10, F. Mifsud, J. Borg 4, D. Said Hollier, M. Scicluna, N. Ebejer, J. Scerri 8, N. Hili 2, H. Johnson 22, E. Cassar 1.

Hibernians: I. Agius, Y. Bonett 12, A. Van Vliet 13, S. Brincat 5, L. Duncan 1, J. Abela 11, C. Camilleri 2, B. Agius 3, N. Farrugia 4, A. Simmons 28, K. Caruana 13, M. Buhagiar.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic, Sejmir Tafilika

Luxol 55

Starlites GIG 69

(15-23)(11-15)(18-14)(11-17)

Starlites wieġbu għar-rebħa ta’ Hibs meta għelbu lil Luxol 69-55 fejn Luxol kellhom lil Nicole Vella u Beverlee Zammit neqsin. Din kienet is-sitt rebħa ta’ Starlites fuq Luxol dan l-istaġun u jekk il-klassifika tibqa kif inhi dan kien l-aħħar konfront bejniethom dan l-istaġun. Luxol fetħu bl-ewwel ħames punti tal-partita minn Sarah Pace qabel ma Starlites wieġbu bit-trippli ta’ Steffi De Martino u Patricia Arguello biex ħadu l-vantaġġ. Luxol reġgħu ippareġjaw wara punti ta’ Sharon Vella u Pace però Starlites għalqu t-taqsima bi break qasir ta’ 9-2 fosthom trippla oħra ta’ De Martino għal skor ta’ 23-15. Starlites fetħu t-tieni taqsima bi trippla minn Michela Zammit Cordina u l-punti ta’ Maria Bonett. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Kay Portelli u Cristina Sollami però Starlites għalqu l-perjodu bil-baskets ta’ Christina Curmu u daħlu jistrieħu 38-26 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol bdew b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Pace u naqqsu d-distakk għal 5 punti bil-coach ta’ Starlites jgħajjat time-out jekk kif xejn ma kien kuntent bil-prestazzjoni tal-players tiegħhu. Il-players tiegħu wieġbu bi break ta’ 9-0 fosthom three pointer minn Arguello u reġgħu marru 12 minn fuq qabel ma Luxol għalqu s-sessjoni bil-punti ta’ Zane Nailande u Pace għal skor ta’ 52-44. Fl-aħħar taqsima Starlites irnexxielhom jinqatgħu mill-avversarji meta kellhom run ta’ 10-0 bit-tieni trippla ta’ Zammit Cordina flimkien ma’ Bonett u Curmi. Huma marru 18 -il punt minn fuq biex baqgħu jikkontrollaw il-partita sat-tmiem u rebħu 69-55.

Luxol: S. Pace 16, M. Caruana 1, C. Sollami 15, No. Vella 7, S. Vella 6, K. Portelli 6, A. Borg, J. Schembri, P. Ellul, Z. Neilande 11.

 

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 11, M. Riolo 4, A. Micallef 2, S. Farrugia, M. Bonett 11, S. De Martino 16, C. Curmi 11, P. Arguello 14, M. Cutajar, S. Davies, A. Lupo.

Referees: Luke Camilleri, Ivica Simic, Huanito Agustin

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hiberians

10

9

1

19

718

562

Starlites GIG

10

8

2

18

723

566

ARMS Depiro

10

2

8

12

641

801

Luxol

10

1

9

11

583

736

 





Leave a comment