Jibda l-impenn tas-sewwieqa Maltin ġewwa il-Ġermanja

Saturday, August 19, 2017, 14:52


I-impenn taż-żewġ sewwieq internazzjonali Maltin Duncan Micallef u Franklyn Borg flimkien mat-tuner Simon Giordmaina ġewwa il-Ġermanja jibda proprju illum bl-ewwel rawnds ta kwalifikazzjoni. Iż-żewġ tims għandhom hafna x’jakwistaw jew jitilfu f’dan ir-rawnd peress illi it-tnejn qiegħdin fil-quċċata tal-klassifika tal-klassijiet rispettivi tagħhom. Duncan Micallef jinsab fil-quċċata tal-għola klassi u l-iktar waħda veloċi fl-isport tal-karozzi magħrufa bħalha Top Fuel Dragster filwaqt li Franklyn Borg bħal dejjem megħjun mit-tuner Simon Giordmaina qiegħdin fil-quccata tal-klassi magħrufa bħalha super street bike. Il-klassi ta Duncan Micallef qiegħda issir taħt ir-regoli tal FIA filwaqt illi dik ta Franklyn taħt ir-regoli tal-FIM.

Wara dan ir-rawnd Duncan ser ikun jonqsu zewg rawnds oħra proprju fi-tmiem il-gimgha illi jmiss ġewwa Tierp fl-Isvezzja Imbagħad jerġa jiltaqa ma Franklyn u Simon għal-aħħar rawnd tagħhom ġewwa Santapod fl-Ingilterra ix-xahar d-dieħel.





Leave a comment