Jibda l-Euromed Malta Championship

Wednesday, December 16, 2009, 16:42

Issa huwa ftit granet ohra biss għall-bidu ta’ l-Ghaxar edizzjoni tal-Euromed Malta Championship, din is-sena bejn sitt nazzjonijiet (ir-Russja, l-Ingilterra, l-Iżvezja, Franza, l-Italja u Malta), li se jsir fuq korsa ta’ 4KM fil-Bajja tal-Mellieha bejn is-17 u l-21 ta’ Diċembru.

Eċċitament gholi li jibda jigri fost dawk kollha kkonċernati: il-baħħara żgħar, il-ġenituri tagħhom u anke fost l-uffiċjali tal-organizzazzjoni, grupp ta’ dilettanti tal-bahar dedikati u ħerqana biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu l-parteċipanti żgħażagħ bosta fl-ewwel esperjenzi kompetittiva tagħhom f’kompetizzjoni tat-tbaħħir internazzjonali.

Il-Gran Brittanja huwa l-pajjiz li se jkollu ħdax-il bahhar fil-klassi Optimist, l-iżgħar fosthom huwa Drew Michael Wright, ta’ 8 snin biss. Il-kontinġenti tal-Gran Brittanja jinkludi wkoll żewġ bahhara tal-Laser 4.7. Mir-Russja, l-iżgħar fil-grupp tal-bahhara Optimist ser ikun Anton Danilov ta’ 9-snin li, missieru Alex, huwa l-mexxej tat-tim u l-wieħed li jaħseb għall-parteċipazzjoni tat-tim Russu. It-tim Optimist minn Sqallija gej mic-Circolo Velico Reggio li huwa magħmul minn sitt baħrin junior prinċipalment mwielda fl-2000 (9-il sena) u mat-tim hemm inklużi wkoll ħames baħħara tal-Laser 4.7. Erba’ Sqallin ohra ġejjin mic-Circolo Velico Kaukana (CVK) fejn iz-żgħażagħ tagħna huma anzjużi li jtellqu kontrihom wara li kienu esperjenzaw it-tiġrijiet tas-sajf fi Sqallija fir-Regatta tal-CVK. Franza hija rrappreżentata minn baħri wieħed Felix Michon ta’ 14-il-sena li, madankollu, huwa ħerqan li jtajjar il-bandiera b’suċċess. Il-kuluri ta’ l-Iżvezja qed jigu kkontestati minn triplets femminili, Petra, Sofia u Andra Cammings, ta’ 14-il sena li ser jikkontestaw l-aħħar sena tagħhom fil-klassi Optimist. B’kollox se jkun hemm ħmistax-il kompetitur mara – 11 fil-Klassi Open, 2 fil-Cadet u 2 fil-flotta tal-Juniors.

Barra minn Drew Michael Wright (GBR), tlett konkorrenti lokali ohra, Craig Farrugia Vella, Matthew Micallef u Shaun Miggiani, huma wkoll ta’ 8 snin li huma l-izghar baħħara fil-Kampjonati.

Huwa mbassar li l-Klassi Optimist ser ikollha 60-kompetituri; Il-kompetituri Maltin tal-Klassi Optimist huma maqsuma f’żewġ gruppi – Grupp A li qed jitħarrġu taħt il-gwida tal-Coach Nazzjonali Jean Paul Fleri Soler u l-Grupp B li huma taħt is-superviżjoni ta’ Simon Psaila. Il-kompetituri Optimist lokali se jikkontestaw taħt tliet kategoriji, jiġifieri l-Open, Kadetti u l-klassijiet Juniors. Filwaqt li l-maggoranza ta-kompetituri Maltin huma membri tal-Malta Young Sailors Club hemm numru zghir li gejjin mill-B’Bugia Sailing Club li ser itelqu fil-Klassi tal-Juniors u li huma taħt il-gwida tal- coach David Dalli. Kompetituri lokali ser jikkontestaw ukoll fil-Klassi Radial taħt il-gwida ta’ Mario Aquilina, ex Laser Gold Standard Medalist, li huwa wkoll responsabbli għall-baħħara Laser.

Ir-Race Committee, ippresedut mill-International Race Officer (IRO) Peter Dimech, se jinkludi lil Jenny Camilleri, Norman Cutajar, Paul Warren, u Robert Ciantar. Id-dgħajsa tal-kumitat ser tkun qed ssir disponibbli mill Tonio Miggiani.

Ir-Race Office ser tkun immexxija minn Anna Rossi assistita minn Mikela Zammit Tabona u Graziella Borg filwaqt li r-riżultati jkunu maħduma minn Mark Fleri Soler. John Ripard ser ikun responsabbli mis-sigurtà ta’ fuq il-bahar, filwaqt li Steve Witty huwa l-beach-master. Witty huwa attiv ħafna fix-xena tal-Optimist fil-Midlands fejn ibnu Chris hu l-kowċ tat-tim tar-Renju Unit.

Attrazzjoni ferm pjacevoli f’din il-manifestazzjoni hija il-kontribut mimli entuzjazmu li jaghtu l-genituri tal-kompetituri, kemm dawk lokali u anki barranin – jghinu biex inizzlu w itellghu id-dghajjes, iqassmu kejkijiet, pizez, pastizzi, cikkulata shuna, u kultant anki xi gverta jew tnejn, meta t-tigrijiet jigu fi tmiem.

Fl-artikolu preċedenti tiegħi dwar l-Euromed, jien ħeġġigt l-appoġġ għall-avveniment minn wiehed u kullhadd, speċjalment mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta. L- attenzjoni tieghi kienet immedjatament miġbuda għall-fatt li l-Kunsill Lokali Mellieħa kienu diġà qed jappoggaw il-Euromed, prinċipalment billi jisponsorjaw parti mill-ispejjeż tat-trofej, u li awtorizza l-użu tal-It-Tunnara u slipway tagħha. Minbarra hekk il-parteċipanti kollha qed jiġu mistiedna ghal Millied Melliehi, manifestazzjoni tal-Milied li qed tinżamm taħt tinda kbira fil-pjazza tar-raħal.

L-Euromed Malta Championship hi organizzata mill-Malta Young Sailors flimkien mal-Kunsill Malti Ghall-Isport taht il-patrocinju tal-Federazzjoni Maltija ta’ l-Ibburdjar li din is-sena hija sponsorizzata minn Atlas Insurance u l-Malta.





Leave a comment