Jibda l-aħħar round qabel il-play-offs

Monday, March 6, 2017, 16:05

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Starlites 52

Caffè Moak Luxol 65

(14-12)(8-6)(10-18)(20-29)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu s-seba’ rebħa fil-kampjonat fil-waqt li għal Starlites din kienet il-ħames telfa u jridu jitħabtu biex iżommu posthom fil-play-offs. Huma qiegħdin iħossu n-nuqqas ta’ Josephine Grima u ankè Adriana Lupo għada nieqsa u taħt il-board jiddependu ħafna minn Patricia Arguello li però qiegħda tkun immarkata strettament mill-avversarji bħal m’għamlet għal ħintwil Mandi Mercieca f’din il-partita. Starlites ħadu vantaġġ bil-punti ta’ Arguello u trippla ta’ Stephanie Davies. Luxol wieġbu b’run ta’ 8-0 b’ħafna punti ta’ Steffi De Martino. Starlites ukoll wieġbu bi break ta’ 8-0 bil-punti ta’ Kristy Galea biex ħadu vantaġġ ta’ basket 14-12. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mill-punti u Starlites żammew il-vantaġġ b’aktar punti ta’ Galea u Danielle Agius biex daħlu jistrieħu 22-18 minn fuq.

Starlites żammew il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tielet taqsima fejn iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin. Hawn però Luxol għamlu break qawwi ta’ 14-0 li bdewh bi trippla ta’ De Martino u komplew bil-punti minn Sarah Pace, Attirah Munir u Ina Baena Medina. Starlites waqqfuhom bi trippla oħra ta’ Davies però Luxol kienu għadhom 36-32 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Starlites baqgħu viċin bi trippli ta’ Galea. Luxol ukoll kellom it-three pointers minn Medina u De Martino fil-faqt li Munir kompliet tikseb punti mportani ġewwa ż-żona. Starlites ma rnexxielhomx jaslu aktar minn 10 punti ‘l bogħod biex Luxol ħarġu rebbieħa 65-52.

Starlites: D. Revol, K. Galea 18, J. Doughty, S. Farrugia 4, D. Agius 4, K. Pirotta, J. Micallef 4, P. Arguello 11, S. Davies 10.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 6, M. Mercieca 6, A. Munir 20, I. Baena Medina 4, N. Vella, S. De Martino 29, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul, L. Caruana Montaldo, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Depiro 68

Gżira Athleta 61

(16-14)(12-14)(20-19)(20-14)

Depiro kisbu rebħa ferm importanti fuq Gżira Athleta fil-ġlieda tagħhom għall-post mal-aħħar erbgħa. Athleta kellhom nieqsa lil Beverlee Zammit fil-waqt li għal Depiro kellha wirja tajba l-Amerikana Carlee Schumacher. Depiro marru fuq quddiem bil-punti ta’ Maria Bonett u Sam Brincat flimkien ma’ Schumacher. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn trippla ta’ Christina Grima flimkien ma’ Amelia Simmons u ż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin sa’ tmiem is-sessjoni bid-Depiro basket minn fuq 16-14. Depiro saħħew il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu bi tlett baskets konsekuttivi. Simmons u Leanne Sciberras wieġbu għall-Athleta li rnexxielhom itemmuh bi break ta’ 8-2 u ppareġjaw b’basket ta’ Milica Stefanovic 28-28.

Fit-tielet taqsima, Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ wara żewġ three pointers minn Gaby Mifsud għal skor ta’ 38-35. Hawn Athleta kellhom l-aħjar mument fil-partita speċjlament bl-offensive rebounds li bdew jieħdu u għamlu run ta’ 12-0 bil-punti ta’ Grima, Denise Said Hollier u Sharon Vella. Depiro rkupraw minn dan il-mument negattiv u kienu huma li għamlu break ta’ 10-0 bi trippli minn Brincat u Mifsud biex reġgħu marru minn fuq 48-47. Fl-aħħar sessjoni Depiro komplew bil-punti ta’ Schumacher u kellhom run deċisiva ta’ 11-2 u minkejja li Athleta tħabtu speċjalment bil-punti ta’ Simmons, ma rnexxielhomx idawwru r-riżultat minkejja trippla finali ta’ Grima biex Depiro ħadu r-rebħa 68-61.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 11, M. Balzaraviciute, S. Brincat 9, M. Bonett 11, H. Acreman,  M. Scicluna, C. Schumacher 29, J. Xuereb 2, T. De Martino 6, C. Ciantar.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 7, C. Grima 14, L. Sciberras 2, A. Simmons 25, D. Said Hollier 3, A. Borg 4, J. Schembri, S. Vella 6, M. Pollacco.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic, Miklos Rajzki.

Caffè Moak Luxol 50

Depiro 38

(11-11)(11-7)(11-7)(17-13)

Caffè Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa fi spazju ta’ jumejn meta għelbu lil Depiro 50-38 u telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika. Depiro laħqu lil Starlites li però lagħbu partita inqas f’partita li fiha l-uffiċjali ħallew ħafna logħob għaddej. Il-bidu tal-partita kien favur Luxol però trippla ta’ Sam Brincat poġġiew lil Depiro fuq quddiem. Luxol kellhom il-punti ta’ Steffi De Martino u Attirah Munir però punti ta’ Brincat ippareġjaw il-partita 11-11. Fit-tieni perjodi Depiro marru fuq quddiem bi trippla ta’ Gaby Mifsud iżda Luxol ukoll kellhom it-trippli ta’ Paula Ellul u punti minn Munir u Sarah Pace biex fetħu vantaġġ t’4 punti 22-18.

Fit-tielet taqsima, Luxol kabbru d-distakk bil-punti ta’ Pace u De Martino. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn trippla oħra ta’ Mifsud u punti tal-Amerikana Carlee Schumacher iżda għal darb’oħra De Martino u Munir żiedu l-vantaġġ ta’ Luxol 33-25. Fl-aħħar taqsima, Depiro għal diversi drabi naqqsu d-distakk għal sitt punti b’Mifsud tagħmel it-tielet trippla tagħha u l-baskets ta’ Claire Ciantar. Luxol però baqgħu jirrispondu minkejja li tilfu lil De Martino b’injury hekk kif kellhom it-three pointers minn Ellul u Christina Curmi biex rebħu l-partita 50-38.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 4, M. Mercieca 2, A. Munir 13, I. Baena Medina, S. De Martino 14, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul 10, L. Caruana Montaldo, M. Darmanin, C. Curmi 7.

Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 9, H. Acreman, S. Brincat 7, M. Bonett, M. Balzaraviciute, M. Sciclun, C. Schumacher 12, J. Xuereb, T. De Martino 2, C. Ciantar 4.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic, Jennifer Mangani.

Gżira Athleta 71

Hibs 66

(12-13)(20-20)(20-13)(19-20)

Gżira Athleta rritornaw għar-rebħ meta b’rimonta lejn tmiem il-partita dawwru r-riżultat u għelbu lil Hibs 71-66. Athleta kellhom nieqsa lil Milica Stefanovic u Beverlee Zammit fil-waqt li Hibs kellhom nieqsa lil Maria Said u Naomi Farrugia. Hibs marru fuq quddiem fil-ftuħ tal-partita bil-punti ta’ Trudy Armstead, Iona Agius u Silvia Gambino. Ir-risposta tal-Athleta ġiet bħas-soltu minn Amelia Simmons flimkien ma’ Sharon Vella però Hibs marru minn fuq qabel intemmet is-sessjoni 13-12. Hibs fetħu qawwi fit-tieni perjodu meta għamlu run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Silvia Gambino. Athleta ġew lura bil-punti ta’ Leanne Sciberras flimkien ma’ trippla ta’ Christina Grima u l-punti ta’ Simmons. Antoinette Borg kellha żewġ three pointers konskuttivi biex naqqset id-distakk għal basket u fl-intervall Hibs Kienu punt minn fuq 32-33.

Wara l-intervall, Athleta ħarġu aħjar meta bdew bi break ta’ 9-2 bil-punti ta’ Simmons u Grima. Hibs waqqfuhom bil-baskets ta’ Julia Scerri u Agius però Athleta komplew b’run ta’ 9-3 fejn Ema Micallef kellha trippla għal Hibs iżda Athleta kienu 6 minn fuq 52-46. Fl-aħħar taqsima, Hibs tħabtu biex jerġgħu jieħdu l-vantaġġ speċjalment bil-punti ta’ Scerri, Armsead u Elena Cassar. Huma rnexxielhom imorru minn fuq 66-62 b’minuta u nofs għat-tmiem il-partita. Hawn però sofrew ir-rimonta tal-Athleta mmexxija minn Simmons flimkien ma’ Sciberras u Denise Said Hollier. Athleta għalqu l-partita b’run ta’ 9-0 biex ħarġu rebbieħa 71-66.

Gżira Athleta: C. Grima 17, S. Pisani, L. Sciberras 7, A. Simmons 30, D. Said Hollier 5, A. Borg 6, J. Schembri, S. Vella 4, C. Mifsud.

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 11, S. Gambino 9, I. Agius 10, K. Caruana, N. Vella, K. Portainer Mifsud, T. Armstead 17, A. Marinkovic, J. Scerri 16.

Referees: Bernard Vassallo, Christine Farrugia, Jennifer Mangani

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

10

8

2

18

601

557

Gżira Athleta

10

7

3

17

625

586

Starlites

9

4

5

13

478

496

Depiro

10

3

7

13

546

586

Hibs

9

2

7

11

500

525





Leave a comment