Jgħaddu Victoria Hotspurs u Kerċem

Friday, September 6, 2013, 11:19

minn Robert Busuttil

It-timijiet Għawdxin ta’ Victoria Hotspurs u Kerċem Ajax għaddew għat-tieni rawnd tal-U BET FA Trophy wara li l-bieraħ ntlagħbu żewġ konfronti oħra fil-Gozo Stadium.

Fl-ewwel logħba Victoria Hotspurs għelbu lil Munxar Falcons bl-iskor ta’ 2-1. Kien Warren Chircop li fetaħ l-iskor għar-Rabtin fl-20 minuta sabiex Mario Azzopardi ġab l-iskor indaqs fil-65 minuta minn penalti. Saturday Nanapere fit-72 minuta ta r-rebħa lil Hotspurs li avvanzaw għal rawnd ieħor ta’ din il-kompetizzjoni.

Fit-tieni logħba rajna xejn inqas minn tmien gowls skorjati. Fil-fatt kienu Kerċem Ajax li rebħu lil St Lawrence Spurs 6-2. Għall-Ajax skorjaw Karol Mifsud fl-14-il minuta, doppjetta ta’ John Camilleri fil-35 minuta u 39 minuta filwaqt illi Andrew Mizzi u Malcolm Vella għamluhom 5-0 fil-bidu tat-tieni taqsima. Wara li Daniel Pace naqqas l-iskor fis-67 minuta kien Malcolm Vella li għaqqad doppjetta personali u n-nofs tuzzana għat-tim tiegħu. L-aħħar gowl ġie skorjat minn Mario Cutajar sabiex reġa naqqas l-iskor għall-Ispurs.





Leave a comment