Jessica Pace issir l-iżgħar Maltija li tirbaħ midalja fit-Table Tennis
Wednesday, June 1, 2011, 23:15Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.
Il-Koppja Lu Peng Fei u Jessica Pace ħadu l-midalja tal-Bronż iktar kmieni matul il-jum tal-Erbgħa hekk kif huma għelbu lil Monaco fii-kompetizzjoni tat-timijiet bil-punteġġ ta’ 3-1. Huma kellhom iżda jistennew il-konfront bejn Monaco u Lussemburgu biex tiġi kkonfermata uffiċjalment il-midalja tal-Bronż li hi l-ewwel waħda għat-Table Tennis f’dan il-logħob minn oħrajn li hemm aspirazzjonijiet li nirbħu speċjalmet fid-dixxiplini tas-singles kemm fl-irġiel u fin-nisa.
F’kummenti li taw lil-Media lokali preżenti il-koppja Jessica Pace u Lu Peng fei qalu li jinsabu ferħana ħafna b’din il-midalja. Pace ta’ 16 –il sena (li bdiet tikbi weħidha barra mill-kumpless wara li tilfet il-logħba individwali) qalet li wara li hi tilfet l-ewwel logħba kellha mument diffiċli iżda kkonċentrat għal-logħba kruċjali fil-koppji ma’ Fei.
Ir-Riżultati kienu dawn:
Jessica Pace 1-3 Ulrika Quist
Lu Peng Fei 3-0 Lauren Riley
Peng Fei ċ Pace 3-1 Quist Riley
Lu Peng Fei 3-0 Ulrika Quist




















