- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Jesred Piscopo jirbaħ fil-K1

Posted By Sportinmalta On January 4, 2016 @ 12:16 am In Boxing,Featured,Fight Sports,Kickboxing,MMA | No Comments

Note:This article has been posted in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Atleta minn Team Noel jirbaħ taqbida tal-K1 fi Sqallija. Din kienet waħda ta’ 3×2 fuq livell semiprofessjonali m’ atleta Taljan.

Matul it-taqbida Piscopo żamm il-kontroll matul it-taqsimiet kollha. L-atleta Taljan beda’ jidħol ħafna aktar bl-irkoppa peress li jitħarreġ fid-dixxiplina tat-Thai Boxing. Il-Malti żamm ras mb’ ras mal-attakki tal-avversarju billi jidħol b’tekniki bil-ponn fil-wiċċ biex ifixkel u jieħu l-punti bl-irkoppa fl-istonku. Fl-aħħar kienet deċiżjoni unanima tal-ġurija li tat ir-rebħa lil Piscopo.

Din kienet l-ewwel darba li Piscopo tqabad barra minn Malta. Ilu jitħarreġ ma’ Team Noel u taħt Master Noel Mercieca għal dawn l-aħħar sena u nofs u għandu Ċinturin Aħdar fil-Kickboxing. Din is-sena rebaħ ukoll iċ-Ċinturin tat-Titlu tad-WKMF f’kompetizzjoni internazzjonali li saret hawn Malta fejn ħadu sehem aktar minn elfejn kompetitur. Huwa tqabad u rebaħ il-kategorija tas-60 kg li kellha tmien atleti fid-dixxiplina tal-K1.

Fl-istess ġimgħa Team Noel kellu tliet atleti oħra li tqabdu f’kompetizzjonijiet. Maraiah Zammit tqabdet fi Sqallija. Brent Spiteri kellu taqbida tal-K1 fi Franza. Jesmar Winters ħa sehem f’kompetizzjoni tal-Kickboxing fil-Polonja. Dan tal-aħħar tqabad f’ring f’forma ta’ gaġġa għat-taqbidiet tal-Mixed Martial Arts (MMA). Madankollu dawn kollha tilfu bil-punti.

Għal aktar tagħrif żuru l-paġna tal-Facebook tal-Ying Yang Kickboxing jew ikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca fuq 79208283.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

Jesred Piscopo wins in K1

An athlete from Team Noel won his K1 match in Sicily. This was a 3×2 match on a semi-professional level with an Italian athlete.

During the match Piscopo kept control over all the rounds. The Italian athlete began to attack with knee strikes since he trains in the discipline of Thai Boxing. The Maltese kept head to head with his opponent by leading his attacks with fists to the head and scoring good hits with the knees to the stomach. In the end it was the unanimous jury decision to give the victory to Piscopo.

This was the first time that Pisocpo competed abroad. Piscopo trained with Noel Team and under Master Noel Mercieca for the past year and a half and has a Green Belt in Kickboxing. This year he also won the WKMF Title Belt in an international competition held in Malta in which it had over 2000 competitors. He won the 60 kg category with eight other athletes in the discipline of K1.

In the same week Team Noel had three other athletes who competed. Maraiah Zammit had a match in Sicily. Brent Spiteri had a K1 match in France. Jesmar Winters took part in a Kickboxing competition in Poland. The latter fought in a cage ring used for Mixed Martial Arts (MMA). However all these lost their match by points.

For more information visit Ying Yang Kickboxing Facebook page or contact Master Noel Mercieca on 79208283

Jesred Piscopo


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/jesred-piscopo-jirbah-fil-k1/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.