Jesmond Zerafa jinħatar bħala coach ta’ Qormi FC
Friday, October 19, 2012, 9:28minn Catherine Micallef.
Hekk kif ilbieraħ filgħaxija ħabbarna li l-coach Stephen Azzopardi se jkun il-coach il-ġdid ta’ Floriana FC, dalgħodu dan is-sit għadu kemm kellu konferma li l-coach il-ġdid ta’ Qormi FC se jkun l-ex coach ta’ Valletta FC l-istaġun li għadda – Jesmond Zerafa.
L-istqarrija mibgħuta mill-klabb ta’ Qormi FC tgħid dan li ġej:
“Qormi FC laħqu ftehim mas-Sur Jesmond Zerafa sabiex ikun il-kowċ il-ġdid tat-tim sa tmiem dan l-istaġun. Is-Sur Zerafa qed jinħatar bhala kowċ ta` Qormi FC assistit min Joe Brincat li ġie ngaġġat ftit tal-ġranet ilu bhala assistant coach. Dan sar wara li s-Sur Stephen Azzopardi ngħaqad mal-Klabb ta’ Floriana F.C. propju lbieraħ.
Jesmond Zerafa mhuwiex isem ġdid ghat-tim ta’ Qormi F.C. għaliex kien il-kowċ meta t-tim kiseb il-promozzjoni mill-ewwel diviżjoni għall-Premier ftit tas-snin ilu. Huwa baqa` kowc tat-tim fl-ewwel snin tiegħu fil-Premier.
Fl-aħħar snin Jesmond Zerafa rebaħ diversi unuri mat-tim ta’ Valletta.
Nawguraw li Jesmond Zerafa fil-ħidma ġdida tiegħu mal-Klabb taghna. ”
Din l-istqarrija ntbagħtet mill-Viċi Segretarju tal-istess klabb – Pierre Apap fid-9.15am ta’ dalgħodu.









proset lil kumitat ta Qormi fc ta l-ghazla tal-coach, Jesmond Zerafa baqgha ga qalbna u ha jibqa ga qalb il-Qrima ghal-dejjem !! Min nahha lohra niringrazja mil-qalb u nawguralhu futur mimli sucessi lil Stephen Azzopardi ma team il-gdijd tijghaw Floriana fc. Grazzi ta kollox coach.
[Reply]