Jesmond Caruana lura minn esperjenza posittiva fl-Olimpjadi

Friday, August 17, 2012, 11:27

Jesmond Caruana President tal-Malta Weightlifting Association ghadu kemm iritorna minn Londra wara li huwa kien mazghul mill federazjoni internazzjonali sabiex ikun segritarju tal-kompetizzjonijiet tal-weightlifting waqt l-olimpjadi. Din kienet l-ewwel esperjenza ghal Caruana waqt loghob olimpiku.

Waqt dawn il-loghob ukoll iltaqa il-kungress tal-pajjizi tal-commonwealth fejn Caruana ipresenta rapport dwar il-hidma li qed issier sabiex f’Malta f’Apil tas-sena id-diehla ikunu organizatti il-kampjonati tal-Commonwealth kemm ghal Nisa kif ukoll ghal irgiel kemm fuq livell, Senior, Junior u anke Youth. I-presentazzjoni kienet milquha hafna mill-rapresentanti tal-pajjizi presenti u hafna diga ikonfermaw il-presenza tahom f’Malta.

Waqt il-kungress ukoll gew mahtura hames delegati teknici wiehed ghal kull continent sabiex jibdew jipreparaw il-hidma ghal loghob tal-commonwealth illi ser isiru gewwa li- Skozja fis-sena 2014. Sam Coffa Vici President tal-federazzjoni internazzjonali gie mahtur ghal continent ta Australia/Oceania, Moira Lassen ghal continent American, Kevin DuPlooy ghal Africa, Subramanya Kumbasi ghal Asja filwaqt li Jesmond Caruana gie mahtur ghal continent ta l-Ewropa, dan bla dubju huwa success iehor kbir ghal ghaqda tal-weightlifting Maltija u ghal fidiucja internazzjonali li qed tinkiseb.





Leave a comment