Jesmond Caruana elett fit-tmexxija tal-kumitat tekniku tal-Federazzjoni Ewropeja tal-Weightlifting

Monday, April 9, 2012, 12:49

Ġewwa Antalya fit-Turkija iltaqgħu 47 pajjiz membri tal-Federazzjoni Ewropeja tal-Weightlifting sabiex jivutaw ghal persuni ta fiduċja għal dawn l-erbgħa snin li gejjin.

Il-President ta l-assocjazzjoni Maltija tal-Weightlifting ikkuntesta din l-elezzjoni għall-pożizzjoni fil-kumitat tekniku fejn ġie elett għal din it-tmexijja. Huwa ikkontesta din il-kanditatura flimkien ma’ wieħed u għoxrin  rappreżentant Ewropew.

Antonio Urso tal-Italja reġa’ ġie elett President filwaqt li Hasan Akkus tat-Turkija ġie elett bħala Segretarju Ġenerali. Saru wkoll elezzjonijiet għal teżorier, viċi presidenti, kumitat eżekuttiv, dak mediku u anke tal-awdituri.

Dan is-suċċess huwa ferm importanti għall-għaqda Maltija tal-weightlifting, minkejja iċ-ċokon  u l-limitazzjonijiet tagħna. Is-Sur Caruana irċieva għadd ta’ tifħir għal din il-kariga ġdida kif ukoll fit-tmexija ta l-għaqda Maltija tal-weightlifting.

It-Tnejn 9 ta’ April jingħata bidu għall-kampjonat Ewropew fejn l-istess Caruana ġie magħżul  bhala uffiċjal tekniku. Dawn il- kampjonati jiġu fi tmiem tagħhom nhar il-Ħadd 15 ta’ April. Dawn se jkunu qed jintwerew fuq ħafna stazzjonijiet tal-isport Ewropej. Din is-sena il-kampjonat huwa ta’ importanza akbar minħabba li huwa l- aħħar ċans għal ħafna atleti sabiex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-Olimpjadi li jmiss.

 





Leave a comment