Jekk jirbħu l-league l-Istripes it-Tazza tingħata l-Ħadd

Monday, April 29, 2013, 14:49

Il-Malta Football Association għada kif ħarġet kommunikazzjoni tavza li l-fixtures ta’ Match Day 32 tal-Kampjonat BOV Premier se jkunu dawn:

 

 

 

 

F’każ li l-kampjonat jintrebaħ il-Ħadd minn Hibernians FC, il-preżentazzjoni tat-trofew issir wara li tispiċċa l-partita fl-Istadium Nazzjonali. F’każ li l-kampjonat jintrebaħ minn Birkirkara
FC, bi qbil mall-amministrazzjoni tal-klabb rispettiv, il-preżentazzjoni tat-trofew issir f’attivita’ apposta organizzata minn Birkirkara FC nhar il-Ħadd filgħaxija stess.

F’każ ta’ bżonn ta’ ‘decider’ għal min jirbaħ il-Kampjonat BOV Premier 2012/13, din issir is-Sibt 11 ta’ Mejju 2013, fl-Istadium Nazzjonali, fil-5.00pm.

L-MFA tavża wkoll li d-‘decider’ għal min jirbaħ il-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni bejn Vittoriosa Stars u Naxxar Lions se ssir is-Sibt 4 ta’ Mejju 2013, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-
Ħamrun, fil-5.00pm.

 





Leave a comment