Jeffrey Farrugia “Il-Vinċ” jingħaqad ma’ Mosta FC

Monday, June 27, 2011, 16:40

minn Cristian Muscat

Mosta FC ħabbru l-appointment ta’ Jeffrey Farrugia bħala direttur tekniku tal-klabb. Il-President tal-klabb George Galea irexxielu jipperswadi lil Farrugia, iktar maghruf bħala l-”Vinċ”, biex jingħaqad mal-Blues. Farrugia ilu nvolut fil-futbol għal hafna snin, l-ewwel bħala plejer u fi snin riċenti fl-amministrazzjoni.

Farrugia beda l-karriera tiegħu ma’ Valletta, belt twelidu, iżda għamel isem ma’ Zurrieq Fc fejn għenhom jirbħu l-ewwel u l-unika FA trophy fl-istorja tagħhom. Imbagħad huwa nghaqad ma’ Floriana fejn kien parti mill-iskwadra li rebħet l-aħħar kampjonat fil-Premier u wara ngħaqad ma’ Hibernians fejn ghal darb’ ohra rega’ rebha il-kampjonat maghhom. Wara esperjenza ma’ B’kara, huwa temm il-karriera tiegħu fil-futbol milgħub ma’ Balzan Youths fejn għenhom jiksbu l-promozzjoni għall-kampjonat Premier.

Jeffrey Farrugia mbagħad iddeċieda li jidħol fl-amministrazzjoni tal-futbol fejn ingħaqad ma’ Sliema Wandeters u ħadem mill-viċin ħafna mal-President Robert Arrigo f’ wieħed mill-iktar perjodi feliċi fl-istorja ta’ dan il-klabb glorjuż, meta Sliema Wanderers rebħu tliet kampjonati u żewġ FA trophies. Wara ftit snin inattivi fil-futbol, huwa rrittorna l-istaġun li għadda bħala team maniġer ta’ Floriana fejn huwa ghenhom jirbħu l-ewwel FA trophy fi sbatax -il sena sħaħ. Issa huwa ngħaqad ma’ Mosta FC fil-mira tagħhom li jsalvaw posthom fil-kampjonat BOV Premier fl-istaġun li ġej.

Il-klabb Mosti riċentamnet assigura wkoll is-servizzi ta’ Pieter Bregman kif ukoll ta’ Clyde Vella bħala parti mil-istaff tekniku tieghu. Sadanittant Mosta huma wkoll ferm viċin li jakkwistaw lill-goalkepper ta’ Marsaxlokk Glen Zammit b’ self ghal sena.





2 Comments

  1. Anti valletta says:

    alfej sbatax il-sena shah? qat ikunu maqsumin is-snin? mux dejem shah ikunu? iddahhaqx lol

    [Reply]

    DP Reply:

    Sa fejn naf jien iva is snin mux dejjem shah ikunu ghaziz/a Anti valletta … jidirli li jezistu sena u nofs jew sena u xahar jew sentejn neqsin gimgha perezempju u ek ta habib/a hahaha … il verita hija li sbatax il sena shah kinu ilom ma jerbhu xi haga, issa jek din il verita tweggak haga ohra ux!!!!

    [Reply]

Leave a comment