Jeffrey Chetcuti, Pierre Aquilina u Brian said fost li għadhom bla Club

Monday, June 13, 2011, 22:32

minn Sandro Micallef

Jeffrey Chetcuti

Tlett difensuri ta’ esperjenza kbira għadhom f’dan l-istadju tal-istaġun ifittxu Clubs sabiex jingaġġaw ruħhom magħhom għall-istaġun 2011/12.

Filwaqt li kien hemm qbil bejn Brian Said u Floriana FC li dan ma jiffurmax parti mill-iskwadra tal-Grens staġun ieħor mhux l-istess jista’ jingħad għall-Chetcuti u Aquilina li spiċċaw bla maħsub fuq il-lista ta’ trasferimenti ta’ Vittoriosa Stars.

Kemm Chetcuti (ex player internazzjonali) u Aquilina huma difensuri versatili li kapaċi jilgħabu f’pożizzjonijiet varji. Fi tmien l-istaġun li għadda Vittoriosa kienu wkoll issospendew għall-28 ġurnata lill-Pierre Aquilina fuq dixxiplina liema deċiżjoni kienu għarfu biha wkoll lill-MFA.





Leave a comment