- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Javier Zanetti f’Malta għat-tielet darba

Posted By Sportinmalta On August 3, 2015 @ 10:29 pm In Featured,Football | No Comments

Gavin Muscat

Note:This article has been posted in both English and Maltese.

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti.

________________________________________________________________

Javier Zanetti f’Malta għat-tielet darba

Fl-14 t’ Awwissu 2015 se jerġa jżur Malta l-leġġenda u Viċi President attwali t’ Inter, Javier Zanetti. Din se tkun it-tielet żjara ta’ Zanetti f’Malta grazzi għar-relazzjoni tajba li għandu mal-Inter Club PUPI Zanetti Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-President tal-istess klabb, Paul Fenech qal li waqt li Zanetti se jkun Malta, se jiġi organizzat Campus bejn il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 16 t’Awwissu fil-Luxol Grounds, bil-parteċipazzjoni ta’ coaches Taljani u oħrajn Maltin, għal tfal ta’ bejn il-ħames u ħmistax-il sena.

Paul Fenech ħabbar ukoll li l-Ħadd 16 ta’ Awwissu se jiġi organizzat barbecue fil-lukanda Radisson Golden Sands ġewwa Għajn Tuffieħa, fejn il-partitarji se jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu mil-viċin ma’ Zanetti.
Barra minn hekk se tiġi organizzata ukoll partita 5-a side fejn qed tiġi offruta l-opportunita’ li tkun qed tilgħab fl-istess partita ma’ Zanetti. Il-qlieħ ta’ dawn l-attivitajiet se jmorru biex jgħinu lil Fundacion PUPI li hija mmexxija minn Zanetti nnifsu.

Fl-aħħar u mhux l-inqas Paul Fenech, irringrazzjata il-main sponsor tal-attivita’ McDonald’s kif ukoll kull min ta l-għajnuna tiegħu.

Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet ikkuntattjaw lil Paul Fenech fuq 99494762 jew żuru is-sit www.icpupizanettimalta.com.

_______________________________________________________________________________________________________________________________________

English

Javier Zanetti in Malta for the third time

On the 14th August 2015 the legend and current Vice President of Inter, Javier Zanetti will revisit Malta. It will be his third visit to Malta thanks to the good relationship that Zanetti has with Inter Club PUPI Zanetti Malta.

During a Press Conference the president of the club, Paul Fenech said that during Zanetti’s visit, a Campus will be organised between Friday 14th and Sunday 16th August at Luxol Grounds , with the participation of Italian and Maltese coaches, for children between five and fifteen years.

Paul Fenech also announced that on Sunday 16th August a barbecue will be organized at Radisson Golden Sands in Ghajn Tuffieha, where football fans will have the chance to meet personally with Zanetti.Moreover a 5-a side match will be organised where it is being given an opportunity to be on the same pitch and in the same game with Zanetti himself. All the proceeds of these activities will go to help Fundacion PUPI which is run by Zanetti himself.

Last but not least, Paul Fenech thanked the main sponsor of the event McDonald’s and aswell all the helpers which are contributing their time to make all of this possible.

For more information on the activities contact Paul Fenech on 99494762 or visit our website www.icpupizanettimalta.com.

Photos(bottom 2) taken by Official Photographer Charles Vassallo

Javier Zanetti

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/javier-zanetti-fmalta-ghat-tielet-darba/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.