Jason Magro jirbaħ id-Demolition Derby 2017

Wednesday, December 20, 2017, 14:18

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat il-programm speċjali ta’ qabel il-Milied b’attività speċjali. Din il-ġurnata issa daħlet sew fil-kalendarju tal-Assoċjazzjoni tant li din kienet l-24 edizzjoni ta’ attività speċjali biex jinġabru fondi għall-Istrina. F’ġurnata ddominata minn kull kwalità ta’ temp, dan ma qatax qalb l-amministrazzjoni tal-ASMK milli torganizza din l-attività tant importanti,  fejn kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ 80 kompetitur.

L-attività tal-ġurnata bdiet fit-tmienja ta filgħodu bis-sezzjoni Motocross fejn ġiet organizzata tiġrija Fun Race. Din kienet tikkonsisti f’tiġrija twila siegħa fejn 9 timijiet ta’ żewġ riders kull wieħed b’zewġ muturi. Matul din ir-relay rajna lit-tim kompost minn Carmelo Borg u Mark Mamo fuq muturi Honda u Yamaha u t-tim kompost minn Kyle Camilleri u Krist Falzon fuq muturi KTM u Husqvarna li matul din it-tiġrija rnexielhom jagħmlu 40 Lap. Borg u Mamo qatgħu l-Finish qabel Camilleri u Falzon waqt li Camilleri u Falzon daħlu fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċa it-tim kompost minn Clayton Camilleri u Ismael Briffa fuq muturi KTM waqt li fir-raba post daħal it-tim kompost minn James Zahra u Brandon Galea fuq muturi Sherco u Honda.

Il-ġurnata kompliet bir-raba’ attività tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross fejn wara x-xita tas-Sibt filgħaxija l-kompetituri tas-Sezzjoni Autocross għamlu tiġrijiet spettakolari fuq trakka mxarrba naturali u kundizzjoni ideali għal dan l-isport.  Għal din l-attività pparteċipaw 22 kompetitur li kienu maqsuma fit-tliet klassijiet Autocross Modified, Standard u Gozo Drivers.

Fis-Sezzjoni Autocross Modified rajna l-finali Klassi A iffurmata minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Andrew Pisani fuq Vuaxhall Nova, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205.

Matul din il-finali rajna lil Pisani joħrog fuq quddiem u kien segwit minn Farrugia u Micallef fejn sa’ tmiem l-ewwel dawra Farrugia irnexxielu jieħu t-tmun tal-finali peress li uża l-Joker Lap kmieni fit-tiġrija. Dan spiċċa segwit minn Micallef u Pisani. It-tiġrija kompliet u Pisani irnexxielu javvanza fuq Micallef.  Matul il-bidu tat-tiġrija r-referee tal-ġurnata kellu joħroġ twissija lil Grech minħabba li għamel kuntatt ma’ Zammit bil-konsegwenza li dan tilef il-post oriġinali tiegħu. Farrugia spiċċa rebaħ quddiem Pisani u Grech rispettivament. Fir-raba’ post spiċċa Zammit filwaqt li fil-ħames daħal Vassallo.

Fil-Finali Klassi B, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta rebaħ il-finali segwit minn Keith Borg fuq Vauxhall Nova u fit-tielet post daħal Matthew Saliba fuq Volkswagen Polo.

Mill-Finali Klassi Standard rajna lil Johann Vella fuq Opel Nova jirbaħ din it-tellieqa segwit minn Nicovich Chircop fuq Peugoet 106. Fit-tielet post daħal Kyle Agius fuq Renault 5 filwaqt li fir-raba’ post spiċċa Jerome Peplow fuq Kia Avella.

Mill-Finali Klassi Gozo Autocross rajna lil Christian Mercieca fuq Daewoo Racer jirbaħ it-tiġrija segwit minn Larkin Scerri fuq Citroen AX. Fit-tielet post daħal Marvic Sultana fuq Toyota Starlet filwaqt li fir-raba’ post daħal Mario Attard fuq Ford Fiesta.

Intant l-Assocjazzjoni stenniet il-ħin tat-3:30pm biex bdiet id-Demolition Derby kif kien miftiehem. 42 karozza irreġistraw għall-edizzjoni ta’ din is-sena iżda 38 karozza rrnexielhom jibdew id-Demolition.

Il-Kompetituri tad-Demolition Derby kienu Jonathan Cassar fuq Hyundai Stellar, Kevin Barbara fuq Hyundai Stellar, Micheal Delia fuq Lada, Charles Mallia fuq Ford Escort, Brian Grech fuq Lada, Justin Grima fuq Lada, Francis Bugeja fuq Volvo, Deneckmar Fenech fuq Daewoo, Clint Farrugia fuq Hyundai,Leo Butler fuq Toyota, Stefen Farrugia fuq Volvo, Edward Zammit fuq Lada, Brian Lawrence Mascari fuq Volvo, Jonathan Abela fuq Volvo, Mauro Cassar fuq Lada, Chris Cremona fuq Volvo, Marlon Caruana fuq Datsun, Wayne Mallia fuq Kia Clarus, Dayan Aquilian fuq Lada, Frans Butler fuq Mercedes, Mario Butler fuq Volvo, Jason Magro fuq Volvo, Carl Mizzi fuq Volvo, Larkin Butler fuq Volvo, Philip Mangion fuq Lada, Axel Grech fuq BMW, Fabian Buhagiar fuq BMW, Charles Falzon fuq Hyundai Pony, Aldo Galdes fuq Hyundai Stellar, Glenn Borg fuq Marina, Horatius Cremona fuq Lada, Jurgen Camilleri fuq Datsun, Nigel Mercieca fuq Volvo, Oliver Camilleri fuq Marina, Brandon Gilford fuq Marina, Daniel Licari fuq Hyundai Stellar, Kurt Scicluna Standard Ensign u Clive Butler fuq Toyota Crown.

Fuq trakka imxarrba apposta għas-sigurtà tal-kompetituri, mijiet ta’ spettaturi attendew biex jaraw din l-24 edizzjoni tad-Demolition Derby li iktar mis-sena l-oħra kienet iddominata minn diveri tip ta’ karozzi. Mal-ħin tat-3:35pm ingħata is-sinjal biex tibda d-Demolition fejn wara żewġ dawriet (exhibition Laps) mal-korsa, rajna dawn il-karozzi joffru spettaklu ta’ ħbit b’tattika speċjali qabel ma jiġu mormija bħala scrap metal. Fosthom spikkat il-karozza Volvo moderna misjuqa minn Jason Magro li apparti l-ħoss sabiħ tal-magna tagħha dan beda jagħmel manuvri sbieħ u joqghod attent fejn jircievi d-daqqiet kif ukoll fejn jagħti d-daqqiet lill oħrajn. Din kienet wirja spettakolari.

Wara ftit inqas min 50 minuta t-taqtigħa spiċċat bejn żewġ karozzi; il-Volvo misjuq minn Magro u Volvo ieħor misjuq minn Mascari li ġejin mill-istess tim. Dawn it-tnejn għamlu 8 minuti jissieltu u jaraw min minnhom se jirnexxielu jagħti l-aħħar daqqa bil-konsegwenza li xi ħadd jieqaf  u b’hekk dak li jibqa’ jaħdem u jimxi, jirbaħ it-tiġrija. Ftit sekondi qabel it-tmiem ta’ din id-demolition kienet daqqa frontali li ħalliet li Brian Mascari wieqaf u b’hekk Jason Magro fuq Volvo rebaħ l-24 edizzjoni. Runner-up tiegħu spiċċa Brian Lawrence Mascari fuq Volvo ieħor.

Intant l-Assoċjazzjoni ħabbret li l-kampjonati tal-ASMK ser ikomplu nhar il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018 kif ukoll ħabbret li d-Demolition li jmiss ser tkun dik tal-Karozzi zgħar u ser issir nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018. L-Amministrazzjoni tieħu l-okkazjoni biex tirringrazzja lill kullħadd li b’xi mod huwa involut fl-Għaqda u tawgura Milied hieni u Sena ġdida 2018 mimlija risq u hena.

Għal iktar informazzjoni żur is-sit elettroniku li hu www.asmk.org.mt jew fuq Facebook A.S.M.K. Malta.

Ritratti ta’ Mario Micallef





Leave a comment