Jasal il-container tal-Givova !

Tuesday, October 19, 2010, 10:32

minn Sandro Micallef u Caroline Attard.

L-istore fl-MFA issa mimli bl-affarijiet tal-Givova

L-istore fl-MFA issa mimli bl-affarijiet tal-Givova

Il-Givova sa fl-aħħar bagħatet il-container u wasal f’Ta Qali. Ferħana ferħana l-uffiċjali tal-MFA fetħu b’attenzjoni kaxxa kaxxa biex jaraw jekk il-Givova bagħtitx kollox jew le u b’sodisfazzjon għall-MFA u anke għalina bħala maltin li nsegwu n-Nazzjonal u niddejqu li naqgħu għaż-żuffjet, l-affarijiet bħal gearijiet, shortsijiet, kalzetti, ġgieget eċċ waslu, u waslu wkoll f’sizes differenti biex issa kemm Michael Mifsud u Andrew Cohen jistgħu jilbsu gear komdu proprju għas-size tagħhom.Infakkru li iktar qabel il-Givova kienet bagħatet biss ftit settijiet ta’ gearijiet biex taparsi jaqduna bil-gearijiet kollha jkunu one size.

Pero’ sa hawn kollox jidher wisq sabiħ…. Too Good to be true! Fil-fatt wara investigazzjoni ulterjuri sar magħruf li mhux l-ordni kollha waslet f’Malta u jonqos xi items oħra li huma mwiegħda li jaslu fil-jiem li gejjien. Il-kwantita’ u tifsira tal-kelma “Jiem” jafu jfissru xuhur għall-Givova.

Jibda x-xogħol fuq il-Press Boxes

Sa fl-aħħar jidher li beda x-xogħol fuq il-Press Boxes ta’ l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. F’dawn l-aħħar jiem ħaddiema dehru jaħdmu sabiex jitwaqqfu l-istrutturi tal-metal ma ġenb il-Press Box l-antika li hemm. Il-ħsieb u li l-ewwel jinbnew il-Press Boxes il-ġodda mal-ġnub u wara jibda x-xogħol fuq dik ċentrali.

L-MFA titlob ħlas mill-ġenituri tal-players

Mela waslet f’idejna ittra miktuba minn Joe Mallia responsabbli mic-centru  tekniku tal-MFA li intbgħatet lill-ġenituri tal-players li jinsabu jitħarrġu mat-teamijiet Nazzjonali taż-żgħażagħ tal-MFA. F’din l-ittra l-MFA qed titlob ħlas ta’ ER160 minn kull tifel li jattendi għas-sessjonijiet f’Ta Qali. L-iskuża f’din l-ittra li kellha l-barka ta’ Bjorn Vassallo l-Kap Eżekuttiv tal-MFA jiġi spjegat li l-MFA għanda ħafna spejjez marbuta mat-taħriġ taż-żgħażagħ u allura qed jintalab dan il-ħlas li jkopri wkoll trasport mill-Belt għal-Ta’ Qali u lura.

Il-ġenituri li bagħtulna din l-ittra urew l-istmerrija tagħhom għal dan l-atteġjament mill-MFA u kienu sorpriżi kif fost hafna ftaħir minn din l-amministrazzjoni l-ġdida tal-MFA ta’ Norman Darmanin Demajo ġew approvati deċizjonijiet simili għal-talba ta’ ħlas għat-training minn players li qedgħin jirraprezentaw lit-team Nazzjonali. Dawn il-ġenituri kkonfermaw ukoll li fl-aħħar sentejn huma kienu wkoll jiġu mitluba jħallsu din il-miżata imma kellhom l-impressjoni li la issa hemm tmexxija b’nies iktar b’ideat ġodda u b’nies li jiftaħru li se jbiddlu l-football Malti dawn l-affarijiet kienu jippretendu li jinbidlu wkoll.





4 Comments

  1. sharon says:

    ghadek u tibqa funny basta kollok outsteps

    [Reply]

  2. John says:

    Affarijiet li bil garanzija Malta biss jigru… Tirraprezenta lil pajjizek u issa trid thallas… mhux ta b xejn qeghdin fil 168post tal lista tal FIFA … X faqar…

    [Reply]

  3. roderick borg says:

    Temmnu li Qed niftahru ghax waslu il gearijiet !, u dan mhux team tal Mafa jew ta xi raba divissjoni, dan IN NAZZJONAL !. Meta kont nilaghab ma team tar raba divisjoni fil MAFA konna nifirhu ghax xtrajna set gearijiet godda ..

    [Reply]

  4. jerry says:

    Fl-ahhar wasalna ximien hux li it – timijiet kollha maltin se jkollom listess materjal bhala gerijiet basktijiet u accesorji biex jilghabu. Dan u il- progress wara kollox bdejna minn ximkien bis sahha ta din l-amministrazjoni il gdida issa kollox jibda jiehu ir – ruh u l- progress issir ux wara ollox min din irridu nibdew forza MFA

    [Reply]

Leave a comment