James O’Brian jispikka f’rebħa oħra konvinċenti

Sunday, April 22, 2012, 6:14

Rugby – European Nations Cup Div 2A

Malta…….22

Svezja……14

Fil-Hiberians Stadium it-tim Nazzjonali Malti tar-Rugby reġa’ rebaħ b’mod konvinċenti din id-darba kontra il-leaders tal-Grupp l-iSvezja bl-iskor ta’ 22-14. Spikka għal Malta James O’Brian li permezz tal-kicks formidabbli tiegħu u try issenjala xejn inqas minn 17 –il punt personali.

Malta immexxija minn Damien Niel marru 3-0 minn fuq wara penalty trasformat minn James O’Brian. Ftit wara Malta għamlet ir-rizultat 8-0 watra li Oliver Sacco trasforma Try. Segwiet conversion imma O’Brian naqas li jagħddi l-ballun ovali minn bejn il-lasti u l-iskor ma nbidilx.

Connor Murphy għamel try għat-tin skandinavu u għamel l-iskor 8-5 sabiex mill-conversion li segwiet Fransson għamilhom 8-7.

Qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima Malta kellha penalty li ġie ttrasformat minn James O’Brian u daħħal lill-Malta 11-7 minn fuq.

It-Tieni taqsima bdiet fuq nota negattiva hekk kif tkeċċa għall-Maltin id-debuttant Joss Howlands fuq foul ikraħ u ħallu lil sħabu b’erbatax –il plejar fil-ground.

Reġa’ kien O’Brian li minn penalty poġġa lil Malta 14-7 minn fuq u fis-57 minuta ir-referis ordnaw penaly ieħor favur il-Maltin u reġa’ kien O’Brian li għadda l-ballun bejn il-lasti u għamel ir-rizultat 17-7.

L-Isvedizi għaxar minuti mit-tmiem għamlu try u naqqsu l-iskor għal 17-12 u mill-conversion għamlu l-punteġġ 17-14 u hawn daħlet xi ftit tal-biza fost it-tim ta’ Damien Neil.

Hawn irriskja mhux ftit Clayton Cassar li dahal bhala sostitut li kkometta foul gravi fuq plajer avversarji meta ttakiljah minghajr ballun u ghal ftit ma tkecciex hu wkoll.

Fost is-support kostanti tal-madwar elefejn spettatur Malta għalqet il-partita permezz ta’ James O’Brian li izda din id-darba ħa ħames punti għaliex għamel try għal skor finali 22-14 minħabba li falla l-conversion li segwiet.

B’dan ir-rizultat Malta kkonfermat il-post tagħha f’din id-Divizjoni 2A u evitat decider mal-Andorra. L-iSvezja xorta rebhet dan il-Grupp u stagun iehpr se jilghabu f’Divizjoni 1B. L-istagun il-gdid se jara lill-Maltin li se jilghabu kontra l-Olanda li waqgħu divizjoni u lill-iSvizzera li teghħu minn Divizjoni 2B.

Malta: K.Mason, H.Collins, A.Livesey, L.Watts, C.Sammut, M.Bonavia, J.Howlands, M.Davey, T.Holloway, R.Holloway, V.Stivala, D.Busuttil, T.Quaredon, O.Sacco, J.O’Brian

Svezja: P.Wiklund, R.Johansson, P.Blaha, I.Bengtsson, S.Taylor, J.petterson, R.Ornberg, L. Sandberg, C.Murphy, T.Arvidson, A.Taylor, J.Van niekerk, T.Borg, R.Fransson

Referis: P.Mariaud (Franza) u P.Murinella (Portugal)

 





Leave a comment