Jade Flask ta’ Kirkop tikseb l-ewwel unur tal-istaġun

Friday, November 21, 2014, 8:00

Jade Flask ta’ Kirkop United hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-nisa għal Ottubru 2014.

Kirkop kellhom xahar verament pożittiv bi tlett rebħiet kbar, kull waħda bl-iskor ta’ 7-0 kontra Ħamrun, Lija/Iklin u Tarxien li permezz ta’ dawn ir-riżultati żammew fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-Kampjonat BOV tan-Nisa.

Jade skorjat total ta’ disa’ gowls f’dawn it-tlett partiti b’erba gowls kontra Tarxien, hat-trick kontra l-Ħamrun u żewġ gowls oħra kontra Lija/Iklin.

Alan Attard, Maniġer tal-fergħa taż-Zurrieq tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-nisa għal Ottubru 2014 lil Jade Flask





Leave a comment