Jackson Lima (Hibernians) jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar

Friday, March 2, 2018, 13:20

Jackson Lima ta’ Hibernians huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2018.

Il-plejer veteran ta’ nofs il-grawnd kellu bidu kwiet għal dan ix-xahar, meta daħal bħala sostitut fid-draw ta’ Hibs ta’ 0-0 kontra Mosta u fir-rebħa kbira tagħhom ta’ 5-0 kontra Senglea. Il-plejer Brażiljan ta’ 35 sena ħareġ b’ħafna enerġija fl-aħħar partita tagħhom għax-xahar ta’ Frar u ntgħażel bħala l-BOV Plejer tal-Logħba.

Minkejja d-draw mingħajr gowls, Jackson Lima mexxa ħafna t-tim tiegħu lejn l-attakk u kienu waslu l-eqreb biex jiskorjaw fl-aħħar minuta tal-partita meta l-volley tiegħu għadda żbrixx mal-mimduda u mar barra.

Marica Ellul, il-Maniġer tal-Fergħa tal-Bank of Valletta f’Raħal Ġdid ippreżentat it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2018 lil Jackson Lima li għażel lill-Creche tal-Ursolini biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment