IZIBET u Juventus Club Vero Amore jiffirmaw ftehim ta’ sponsorizazzjoni

Monday, January 14, 2019, 14:28

Juventus Club Vero Amore bi pjaċir tħabbar li ffirmat ftehim ta’ sponsorizazzjoni mal-IZIBET, l-aktar isem popolari fis-suq ta l-isports betting f’Malta. B’dan il-ftehim, l-IZIBET se tkun l-isponsor uffiċjali tal-akbar klabb internazzjonali ta’ supporters tal-Juventus fid-dinja. Dan il-ftehim se jorbot lill-IZIBET u Juventus Club Vero Amore għal tliet snin.

L-isponsorizazzjoni se tipprovdi numru ta’ benefiċċji lill-klabb u aktar minn hekk għall-membri fi ħdan il-klabb. Wieħed mill-isbaħ benefiċċji se tkun lotterija annwali li fiha l-membri tal-klabb se jkunu jistgħu jirbħu vjaġġ all-inclusive għal waħda mil-logħbiet tal-Juventus f’Turin.

Mr Franco Degabriele – Business Development Director of IZIBET, irringrazzja lill-Juventus Club Vero Amore għall-ħidma kontinwa li jipprovdu lill-membri tagħhom, u fuq kollox tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-partitarji tal-Juventus f’Malta, billi jipprovdu link dirett ma’ wieħed mill-klabbs tal-futbol l-aktar prestiġjuż fid-dinja.

“Aħna nifmhu li l-Juventus Club Vero Amore huwa wieħed mill-aktar klabbs importanti tas-supporters tal-Juventus fid-dinja. Il-passjoni u d-dedikazzjoni tal-membri u l-istil ta’ gwida fil-klabb huwa sinonimu mal-istil tal-Juventus. Għaldaqstant kburin li l-IZIBET se tkun qiegħda tassoċċja ruħha ma’ isem li ilu jiddomina il-kampjonat Taljan għal dawn l-aħħar seba’ snin, u nisperaw li jkollu sena record fl-2019.

“L-isponsorizazzjoni mal-Juventus Club Vero Amore hija parti integrali mil-istrateġija tal-kumpanija li biha l-IZIBET jersaq aktar dejjem viċin mal-partitarji vera tal-futbol,” sostna s-sur Degabriele.

Is-sur Joseph Fenech, President tal-Juventus Club Vero Amore esprima s-sodisfazzjon ta’ dan il-ftehim mal-IZIBET, “Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li l-lista ta’ sponsors tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) rat mil-lum iż-żieda ta’ isem illustri. Fil-fatt Izibet għażlu li jissapportjaw l-inizjattivi tal-Club tagħna u se jkunu qed jagħtu l-appoġġ finanzjarju tagħhom lill-Club fix-xhur li ġejjin. Ninsabu ferm onorati li kumpanija kbira bħal Izibet għażlet li torbot isimha mal-Club tagħna. Bħal dejjem il-Kumitat mhu se jieqaf qatt sabiex jattira aktar sponsors lejn il-Club sabiex hekk inkunu nistgħu nikbru u noffru servizz dejjem aqwa lilkom il-membri. Fl-istess ħin il-fatt li kumpanija tal-kalibru ta’ Izibet qed tkun sponsor tal-Club tagħna, turi biċ-ċar li lħidma li qed inwettqu hi tassew waħda ta’ kwalità u li ssib l-apprezzament ta’ kulħadd.





Leave a comment