Iż-żmien tal-bejgħ tal-‘Goal Cards’ estiż sas-7 ta’ Awwissu 2012

Friday, August 3, 2012, 20:15

Il-Malta Football Association tavża li l-bejgħ tal-GOAL CARDS ġie estiż sat-Tlieta 7 ta’ Awissu 2012.

Dan minħabba l-fatt li l-istokk ta’ GOAL CARDS allokat għall-Millennium Stand inbiegħ kollu u l-MFA għandha domanda għal aktar minn dawn.

 

Għalhekk, l-MFA ħarġet numru limitat ta’ GOAL CARDS oħra għall-Millennium Stand u għaldaqstant qiegħda testendi din l-offerta fuq il-‘Cards’ kollha.

L-MFA tagħmilha ċara li mhux se jkun hemm aktar estensjonijiet wara din id-data, u għaldaqstant tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv biex japprofitta minn din l-opportunita’ u jibbenefika minn prezzijiet vantaġġjużi għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2014 fil-Brażil





Leave a comment