Iż-żagħżugħ Nicholas Muscat rebaħ it-Top 24, il-komeptizzjoni li tiftaħ l-istaġun

Tuesday, January 14, 2020, 13:40

Din kienet kompetizzjoni li rat punteġġ għoli ħafna, fejn  Muscat,li ghandu 15-il sena,  beda b’ logħba baxxa ta’ 157, izda mbagħad kellu 5 logħbiet b’medja inkredibbli ta’ 238, fosthom logħba kbira ta’ 279, biex spiċċa 40 pin quddiem iċ-champion nazzjonali u s-sieħbu tat-tim OkMalta.com,  Mauro Anastasi, li spiċċa b’medja ta’ 218 fosthom logħba ta’ 276.

Fit-tielet post spiċċa Matthew Howard, b’ medja eċċellenti ta’ 216 pin, tnax-il pin biss wara Anastasi. Il-president tal-MTBA Paul Baldacchino ippreżenta ċ-ċekk tar-rebbieħ lil Muscat.

Il-weekend li jmiss isiru l-Kwalifiki tal-Kampjonat tal-Bowling tal- Mediterran.





Leave a comment