Italja vs Malta: telfa b`żewġ goals kontroversjali

Thursday, September 13, 2012, 12:00

minn Josef Galdes

It-team nazzjonali Malti joħroġ b`rasu mogħllija minn Modena b`telfa ta` 2-0. Żewġ goals kontroversjali li wasslu għall- rebħa imqansħa għall-finalisti telliefa ta` Euro 2012. L-ewwel goal wasal minn pożizzjoni dubbjuza ta` offside ta` Mattia Destro l-akkwist il- ġdid ta` dan is-sajf ta` Roma wara 5 minuti logħob. It-tieni goal wasal minn Peluso id-difensur ta` Atalanta fejn fl-aħħar mumenti tas-suq ta` trasferimenti kien imsemmi li jista jinghaqad ma Juventus jew Milan. L-azzjoni preċedenti li wasslet għal korner ineżistenti bdiet minn Pazzini li dan is-sajf ingħaqad ma’ Milan mingħand Inter, hu qabbeż il- ballun minn fuq Hogg fejn saħansitra miss il- ballun b`idejħ bir-referre Fillandiz jagħti korner li minnu inkariga ruħu Pirlo, daqqa ta` ras ta`Peluso Hogg isalva izda ma jżommx bil- ballun jaħbat mas-sostitut Andrew Cohen u jispiċċa fix-xibka. It-taljani bagħtew aktar milli mistenni fejn jekk tneħħi ż-żewg goals ftit li xejn resqu lejn il- lasta ta`Hogg, għajr minn freekicks u corners bl-iktar freekick perikoluż ikun mis-solitu Andrea Pirlo f`nofs l-ewwel taqsima.

Ħafna dilettanti stennew li ser tkun goleada iżda minflok kienet wirja qalbiena għal Maltin anki jekk konnha difensivi xi ftit iż-żejjed, iżda nafu l- qawwa tal-avversarji, u kienu feruti ukoll wara li fl-ewwel partita huma akkwistaw biss punt kontra l- Bulgarija f`Sofia. Min segwa l- kummentarju taljan fuq l-istazzjon Nazzjonali Rai seta jinnota li l- kummentaturi bdew jibku li ma kenitx partita trankwilla għat-taljani anzi, bdew anki jibzgħu minn Andre’ Schembri fejn qalu li apparti li kien id-dell ta` Pirlo huwa ukoll tekniku. Pirlo ftit li xejn deher fil- partita. Punt iehor pożittiv kien Roderick Briffa fejn gieħ cans li jinpenja lil Buffon li tefa f`corner. Michael Mifsud ukoll ħabbat lil Buffon li kien barra minn postu izda ix-xutt minn nofs il- ground kien għoli. Kollettivament iddefendejna iżda ma tantx ikommetejna żbalji anki jekk konna taħt pressjoni, it-taljani idawwru l- ballun iżda ma jippenetrawx, double marking effetiv mill- Maltin li kienu attenti ghall- kull passagg tal-avversarji. Bdejna inħallu lil Mifsud iżolat u nagħtuhom l-ispazju fil- half pitch tagħhom, nippressawhom u nagħlqu l-ispazju fil-half pitch tagħna.

Personalment inħoss li stajna żammejna l-ballun iktar u b`difiza bagħtuta biz-zewg centrali xi ftit slow u b`mossa tatika stajna anki konna iktar perikoluzi fejn naħseb li Bogdanovic jista jilghab bhala punta minhabba li huma twil u Mifsud, Cohen u Schembri warajh biex jigu min wara minhabba li huma veloci, Bogdanovic kapaċi jnizzel il- ballun.

Għat-tieni darba fl-istorja tlifna kontra l-Italja 2-0 bl-ewwel waħda tkun f ta` Qali. Dan kien l-aħjar rizultat li ksibna kontra dan in-Nazzjon meta laghbna away. Nistennew li f`Marzu li gej nagħtuhom kedda ohra u għala le forsi insibu x-xibka ukoll.

Prosit lil partitarji Maltin li kienu madwar 300 li telgħu bi ħġarhom jissaportjaw lil benjamini tagħna u prosit lil benjamini,

Andrew Hogg, Luke Dimech, Steve Borg, Andrei Aguis, Edward Herrera, Alex Muscat, Roderick Briffa, Daniel Bogdanovic, Andre Schembri, Gareth Sciberras, Michael Mifsud, Ryan Camilleri, Andrew Cohen l-ahhar u mhux l-inqas lil coach Pietro Ghedin li minkejja li hu taljan wera li hu professjonali u serju fix-xogħol tiegħu u ħariġna minn Modena bl-unuri.

Prosit Malta!!!!!!





Leave a comment