- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Italja vs Latvja għal referee lokali

Posted By sportinmalta1 On June 23, 2014 @ 4:58 pm In Basketball,Featured | No Comments

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew matul din il-ġimgħa

Fil-fatt Vassallo, nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ġunju, se jkun qed jikkontrolla il-partita femminili ta’ kwalifikazzjoni għal EuroBasket 2015 valida minn Grupp Ċ bejn Italja u Latvja, fejn dawn ta’ l-aħħar qegħdin jokkupaw l-ewwel post fil-grupp fuq l-istess Italja.

Din hija s-sitt u l-aħħar ġurnata mill-logħob ta’ kwalifikazzjoni għal EuroBasket 2015. Il-Latvja kien għelbu lil Italja 70-59 fl-ewwel round ġewwa Riga ġimgħatejn ilu u għalhekk il-presjoni qegħda kollha fuq l-Italja fit-tentattiv tagħhom li jgħaddu għall-finali Ewropej tas-sena d-dieħla.

L-uffiċjali l-oħra għal din il-partita fl-Italja, li se tintwera ukoll diretta fuq RaiSport fis-6.30pm, minbarra Vassallo, se jkunu Dragan Neskovic (Serbja) u Nikola Perlic (Kroazja).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/italja-vs-latvja-ghal-referee-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.