It-Triathleta Fabio Spiteri waqqaf ir-rekord taċ-ċikliżmu fi Sqallija

Tuesday, June 12, 2018, 14:15

Nhar il-Ħadd li għadda, it-triatleta u Double Ironman Fabio Spiteri sar l-ewwel Malti, flimkien ma’ tliet ċiklisti Taljani oħra, li qadef bir-rota tul il-kosta ta’ Sqallija. Rotta li testendi madwar elf kilometru fuq firxa ta’ tlett ijiem.

Dan is-suċċess ġie kwazi sena wara li Spiteri kien spiċċa l-isfida tiegħu Double Ironman (7.6km għawm, 360km ir-rota u ġirja ta’ 84km) u stabbilixxa r-rekord nazzjonali kurrenti.

Għal din l-isfida epika ta’ tliet ijiem, Spiteri ingħaqad ma’ tliet Ċiklisti Ultra Taljani- Daniele Tusa, Adriano Tusa u Valerio Longo.

Ir-rotta bdiet mill-port storiku ta’ Sciacca, fuq il-kosta tan-nofsinhar ta’ Sqallija, fejn Spiteri u sħabu koprew 387km sa ma waslu fl-ewwel tappa f’Acireale. L-ewwel ġurnata kienet se tkun l-itwal waħda. Fit-tieni jum rħewla lejn Cefalu fejn żiedu 285 km oħra, filwaqt li l-aħħar waqfa rawhom jikkompletaw ċirku sħiħ meta waslu f’ Sciacca għad-distanza finali ta ’284km.

Sqallija, li hija magħrufa għat-terren u pajsaġġi drammatiċi. Toffri ukoll rottot li joffru sfidi kbar. Jekk ir-rotta magħżula ma kinitx brutali biżżejjed, iċ-ċiklisti kellhom jikkuntentaw ruħhom b’irwiefen qawwija li iltaqgħu magħhom għal żewġ terzi tal-vjaġġ. B’kollox iċ-ċiklisti koprew 1,000km u laħqu elevazzjoni totali ta’ tmint elef metru.

“Bħala atleta li ili nippratika sfidi ta’ dawn it-tip għal numru ta’ snin, id-dawra ta’ Sqallija fi tliet ijiem kienet sfida mill-iebsin fejn vera kelli niffoka fuq il-riżervi mentali kif ukoll fiżiċi – specjalment ‘blisters “, spjega Fabio Spiteri. “Din l-isfida, minbarra li kienet attentat biex jinkser ir-rekord eżistenti, kienet ukoll taħriġ tajjeb sabiex nadatta ruħi għall-isfida li hi t-Triple Ironman”.

Spiteri qed jaspira li jkun l-ewwel atleta Malti li jgħamel Triple Ironman – tellieqa magħmula minn għawma ta’ 11.4km, 540 km fuq ir-rota u ġirja ta’ 126km. It-tellieqa se ssir fis-27 ta ‘Lulju.

Fabio Spiteri qed jiġi appoġġat minn Garmin Malta, Eurosport Malta, Wheel Wizard, Millennium Clinics, Mosta Tri Club, Festina, 24/7 Fitness Club, Go & Fun u General Automation Services.





Leave a comment