It-Tour ta’ Malta -kompetizzjoni popolari li dejjem tibqa’ tikber

Monday, April 8, 2013, 14:54

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo kien mistieden mill-Malta Cycling Federation biex jagħti t-tluq għat-tieni parti tat-Tour ta’ Malta li sar il-Wardija. Din il-kompetizzjoni qed tkun dejjem aktar popolari u ċ-ċikliżmu f’Malta qiegħed dejjem jikber.

 

Din il-kompetizzjoni ta’ din is-sena hija l-akbar waħda minn meta bdiet tiġi organizzata dsatax-il sena ilu. Din is-sena ipparteċipaw 18-il tim differenti b’madwar 131 ċiklist.

 

Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti f’tellieqa ta’ madwar 100km fl-inħawi tal-Wardija. 

 

F’kelmtejn qabel bdiet din it-tiġrija Stefan Buontempo feraħ lill-parteċipanti li qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni li anke tinkludi persuni barranin.

 

Dr Buontempo saħaq li kompetizzjonijiet bħal dawn huma importanti għal pajjiżna speċjalment fil-qasam tat-turiżmu sportiv imma wkoll għax iqajmu kuxjenza mal-poplu dwar l-importanza tal-attività fiżika.





Leave a comment